LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/06 p. 1
  • Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • ‘Kunu Lesti għal Kull Għemil Tajjeb’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Jekk Tipproduċi Riżultati, Użaha!
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Uri Interess Persunali—Billi Tadatta Ruħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 2/06 p. 1

Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat

1 Preparazzjoni tajba għall-​ministeru tgħinna nuru interess persunali f’oħrajn. Kif? Meta nkunu preparati tajjeb inkunu inqas inkwetati dwar il-​preżentazzjoni tagħna, u għalhekk nistgħu nagħtu iżjed attenzjoni lill-​inkwilin. Barra minn hekk, din tgħinna negħlbu l-​eċċitament u tippermettilna nitkellmu b’mod sinċier. Iżda kif nistgħu nippreparaw preżentazzjoni effettiva?

2 Uża Preżentazzjoni Adattata: Agħżel waħda mill-​preżentazzjonijiet suġġeriti fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2006 li hi adattata għall-​inħawi tiegħek, u ikkunsidra kif tistaʼ tpoġġiha fi kliemek. Adattaha skond it-​territorju tiegħek. Per eżempju, jekk int spiss tiltaqaʼ maʼ nies li ġejjin minn ċertu sfond reliġjuż jew etniku, aħseb dwar kif il-​preżentazzjoni tiegħek tistaʼ tkun taʼ interess għalihom. Meta tadatta s-​suġġett skond l-​individwi li se titkellem magħhom, int turi li għandek interess sinċier fihom.​—1 Kor. 9:​22.

3 Hekk kif tibda tuża l-​preżentazzjoni, kompli irfinaha. Minħabba li l-​ewwel kelmiet huma importanti b’mod speċjali, għandek tinnota kif in-​nies iwieġbu għall-​introduzzjoni tiegħek. Jinteressahom is-​suġġett? Jiġu mweġbin il-​mistoqsijiet li tagħmel? Jekk le, agħmel aġġustamenti sakemm issib preżentazzjoni li tkun effettiva.

4 Għajnuniet biex Tiftakar: Ħafna jsibuha diffiċli biex jiftakru preżentazzjoni meta jkunu fil-​bieb taʼ l-​inkwilin. Jekk jiġrilek hekk, qatt ipprovajt tipprattika l-​preżentazzjoni maʼ persuna oħra? Dan jistaʼ jgħinek tpoġġi l-​ideat b’mod ċar f’moħħok u tesprimihom bis-​sempliċità u bil-​loġika. Dan jistaʼ jippreparak ukoll biex tittratta mad-​diversi reazzjonijiet taʼ l-​inkwilini.

5 Xi ħaġa oħra li tgħinek tiftakar hi li tikteb il-​preżentazzjoni fil-​qosor fuq biċċa karta u tagħtiha daqqa t’għajn qabel ma tħabbat il-​bieb. Xi wħud isibu li din it-​tfakkira qasira tgħinhom ikunu iżjed rilassati u iktar kapaċi jibnu konversazzjoni man-​nies. B’dawn il-​metodi, preparazzjoni tajba tistaʼ tgħinna nuru interess persunali f’oħrajn, u b’hekk intejbu l-​preżentazzjoni tagħna taʼ l-​aħbar tajba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja