LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/98 p. 1
  • Jekk Tipproduċi Riżultati, Użaha!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jekk Tipproduċi Riżultati, Użaha!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Kif Nużaw l-Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Uri Interess Persunali—Billi Tkun Preparat
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Offri r-Rivisti li Jixhdu għall-Verità
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 2/98 p. 1

Jekk Tipproduċi Riżultati, Użaha!

1 Il-​Ministeru tas-​Saltna tipprovdilna kontinwament varjetà taʼ preżentazzjonijiet suġġeriti biex nużawhom fil-​ministeru. Dan jagħtina ideat ġodda fuq kif noħolqu interess fil-​messaġġ tas-​Saltna. Jistaʼ jkun li int tagħmel sforz kull xahar biex titgħallem waħda jew iktar minn dawn il-​preżentazzjonijiet. Madankollu, xi pubblikaturi jistgħu jsibu li sakemm ikunu laħqu wżaw waħda minnhom għal xi ftit drabi, ħarġa oħra taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna tipprovdi preżentazzjonijiet ġodda. Ovvjament, għandu mnejn ma jkunx possibbli għal kulħadd li jitgħallem preżentazzjoni ġdida qabel ma jkun effettiv f’dik taʼ qabel.

2 M’għandniex xi ngħidu, hemm eluf taʼ pijunieri u pubblikaturi oħrajn li jqattgħu ħafna ħin fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Iktar minn hekk, ħafna kongregazzjonijiet jaħdmu t-​territorju kollu tagħhom kull ftit ġimgħat. F’dawn iċ-​ċirkostanzi, il-​pubblikaturi japprezzaw li jkollhom metodi u ideat ġodda taʼ kif iwasslu l-​messaġġ. Dan jgħinhom itejbu l-​abbiltajiet tagħhom. Jagħmel ukoll lill-​ministeru tagħhom iktar interessanti u li jagħti iktar frott, u jgħinhom jilqgħu l-​isfidi li jiltaqgħu magħhom.

3 Ikun x’ikun il-​każ, jekk ippreparajt preżentazzjoni li hija effettiva biex tqajjem l-​interess, ċertament kompli użaha! M’hemmx għalfejn tieqaf tuża preżentazzjoni effettiva li tkun qed tipproduċi riżultati. Sempliċement addattaha għall-​offerta tal-​letteratura għal dak ix-​xahar. Waqt li tirrevedi s-​suġġerimenti offruti f’Il-Ministeru tas-​Saltna, fittex punti interessanti li għandek mnejn tkun tixtieq tinkludihom fil-​preżentazzjoni tiegħek.

4 Mela meta tirċievi ħarġa ġdida taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna, ftakar li l-​preżentazzjonijiet li fiha huma sempliċement suġġerimenti. Jekk tistaʼ tużahom, tajjeb. Imma jekk int diġà sibt preżentazzjoni li tipproduċi riżultati fit-​territorju tiegħek, uża lilha! L-​importanti huwa li ‘taqdi sewwa l-​ministeru tiegħek’ b’manjiera mill-​aħjar, billi ssib lil dawk li jistħoqqilhom u tgħinhom isiru dixxipli.​—2 Tim. 4:​5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja