LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/98 p. 8
  • Offri Stedina Lil Kulmin Hu bil-Għatx

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Offri Stedina Lil Kulmin Hu bil-Għatx
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Nippreżentaw L-Aħbar Tajba B’Sens T’Urġenza
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Strieħ Fuq Jehovah Biex Ikabbar
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 2/98 p. 8

Offri Stedina Lil Kulmin Hu bil-​Għatx

1 Bħalma Ġie Mbassar Mill-​profeta Għamos, Il-​familja Umana Llum Qiegħda Ssofri “Għatx [Mhux] Għall-​ilma, Iżda Għas-​smigħ Tal-​kelma Tal-​mulej.” (Għam. 8:11) Sabiex Ngħinu Lil Nies F’din Il-​kundizzjoni Spiritwalment Niexfa, Aħna Ngħidulhom Dwar Il-​provvedimenti Taʼ Alla Biex Jikseb Lura Lill-​bnedmin Ubbidjenti Mid-​dnub U L-​mewt, Li Huma Deskritti fl-​aħħar Kapitlu Taʼ L-​apokalissi Bħala Li Huma “Xmara Taʼ L-​ilma Tal-​ħajja.” Aħna Għandna L-​privileġġ Li Noffru Stedina Lil Kulmin Hu Bil-​għatx Għat-​tjieba Biex “Jieħu B’xejn . . . L-​ilma Tal-​ħajja.” (Apk. 22:​1, 17) Kif Nistgħu Nagħmlu Dan Matul Frar? Billi Noffru Lil Dawk Li Huma Ġenwinament Interessati L-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​ġenna Fuq L-​art. Forsi Tixtieq Tipprova Dawn Il-​preżentazzjonijiet:

2 Ladarba ħafna nies huma kkonċernati dwar kwistjonijiet taʼ saħħa, tistaʼ ssib din il-​preżentazzjoni effettiva:

◼ “Ħafna huma kkonċernati dwar kemm qed togħla l-​kura medika taʼ kwalità. Forsi ħsibt xi ftit fuq dan is-​suġġett. [Agħti ċans għal tweġiba.] Hemm xi soluzzjoni permanenti għal din il-​problema? [Stenna tweġiba.] Hawnhekk hawn prospett taʼ l-​għaġeb.” Iftaħ il-​ktieb Tgħix Għal Dejjem f’paġna 162 u aqra l-​iskritturi taħt it-​titlu “Qatt iktar mard, xjuħija jew mewt.” Imbagħad mur f’paġna 164 u aqra paragrafi 17 u 18 jew inkella ikkummenta fuqhom biss. Ikkonkludi billi tgħid: “Din il-​pubblikazzjoni tiddiskuti kif u meta se jkun possibbli għan-​nies li jgħixu għal dejjem fil-​ġenna fuq l-​art.” Jekk l-​inkwilin juri interess ġenwin, offrilu l-​ktieb, billi tagħtih opportunità li jagħmel donazzjoni għax-​xogħol mad-​dinja kollha jekk jesprimi interess dwar kif ix-​xogħol tagħna huwa ffinanzjat. Agħmel arranġamenti biex terġaʼ tmur.

3 Meta tagħmel iż-​żjara lura, tistaʼ tkompli d-​diskussjoni billi tgħid:

◼ “L-​aħħar darba li kont hawn, tkellimna fuq soluzzjoni permanenti għall-​problemi taʼ saħħa. Taħseb li qatt se jasal iż-​żmien meta ħadd m’hu se jkun marid? [Agħti ċans għal tweġiba.] Tiftakar l-​iskrittura li qrajna f’Isaija 33:24?” Erġaʼ aqraha. Imbagħad iftaħ il-​brochure X’Jirrikjedi f’lezzjoni 5, u iddiskuti paragrafi 5-6, billi ssaqsi l-​mistoqsijiet taʼ magħhom fil-​bidu tal-​lezzjoni u tfittex xi ftit mill-​iskritturi ċitati. Semmi li t-​tneħħija tal-​mard u l-​mewt hija parti mit-​twettiq taʼ l-​iskop oriġinali taʼ Alla għall-​art. Ftiehem li terġaʼ tmur lura biex tiddiskutu paragrafi 1-4 u 7 fl-​istess lezzjoni.

4 Jekk għadha kemm instemgħet aħbar li tinvolvi mewt għall-​għarrieda u li qiegħda fuq imħuħ in-​nies, tistaʼ tipprova dan il-​metodu:

◼ “Forsi smajt dwar [semmi l-​aħbar]. Meta l-​ħajjiet tan-​nies jintemmu traġikament, ħafna jitħassbu dwar liema faraġ jistaʼ jiġi offrut lill-​familji tal-​vittmi. Int x’taħseb?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad iftaħ paġni 167 u 168-9 fil-​ktieb Tgħix Għal Dejjem, u uri x-​xeni taʼ l-​irxoxt li hemm fl-​istampi. Kompli billi tgħid: “Ħafna jissorprendu ruħhom kif kemm it-​twajbin u kemm dawk li m’humiex twajbin se jinġiebu lura għall-​ħajja fil-​Ġenna fuq l-​art. [Aqra Atti 24:15 bħalma hu kkwotat f’paragrafu 11 f’paġna 170, u mbagħad agħti l-​ispjegazzjoni misjuba f’paragrafi 15 u 16.] Dan il-​ktieb jiddiskuti ħafna dettalji interessanti oħrajn dwar l-​iskop taʼ Alla għall-​futur. Jekk tixtieq titgħallem iktar dwar dan, tistaʼ tieħu din il-​kopja.” Agħmel ftehim biex tmur lura, billi tieħu nota taʼ dak li speċifikament jinteressa u jikkonċerna lill-​individwu.

5 Meta terġaʼ tmur, addatta l-​preżentazzjoni tiegħek għall-​inkwilin. Forsi tistaʼ tgħid:

◼ “L-​aħħar darba li tkellimna, apprezzajt kumment li int għamilt dwar l-​iskop taʼ Alla għall-​art. [Irrepeti l-​kumment.] Sibt xi materjal li naħseb se ssibu interessanti.” Iftaħ il-​brochure X’Jirrikjedi f’lezzjoni 5. Aqra u iddiskuti kemm paragrafi tistaʼ f’dik il-​lezzjoni sakemm l-​inkwilin juri interess. Wara li tirranġaw ħin biex tmur lura u tkomplu l-​lezzjoni, agħti lill-​inkwilin handbill li juri l-​ħinijiet tal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Spjega dwar il-​Laqgħa Pubblika, u stiednu biex jattendi.

6 Jekk tippreferi preżentazzjoni ssimplifikata billi toffri fuljett, tistaʼ tgħid hekk:

◼ “Nixtieqek tieħu dan il-​fuljett intitolat X’Tama Hemm għall-​Maħbubin Mejtin?” Agħtih lill-​inkwilin, u stiednu jsegwi miegħek waqt li taqra l-​ewwel paragrafu. Ippermettilu jwieġeb il-​mistoqsija mqajma fl-​aħħar sentenza. Aqra t-​tieni paragrafu, u mbagħad urih l-​istampi f’paġni 167 u 168-9 fil-​ktieb Tgħix Għal Dejjem. Kompli billi tgħid: “Dan il-​ktieb jagħti iktar dettalji fuq l-​irxoxt u l-​bqija tal-​wegħdi taʼ l-​għaġeb tal-​Bibbja għall-​futur. Jekk taħseb li taqrah, tistaʼ tieħu din il-​kopja.” Jekk l-​inkwilin jistaqsi dwar kemm jiswa, agħtih l-​opportunità li jagħti donazzjoni għax-​xogħol mad-​dinja kollha, u ftiehem għal żjara lura.

7 Li noffru stedina li tappella lil oħrajn jistaʼ jġagħalhom jiġu għall-​ilmijiet tal-​ħajja, li Jehovah qiegħed issa jagħmel disponibbli. Għalhekk, ħalli ngħidu lil kulmin huwa bil-​għatx, “Ejja!”​—Apk. 22:17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja