LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/98 p. 1
  • “Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Għala Nattendu għat-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • L-Ikla taʼ fil-Għaxija tal-Mulej Għandha Tifsir Kbir Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 3/98 p. 1

“Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”

1 Il-​bnedmin għandhom it-​tendenza li jħallu s-​sinjifikat taʼ kwistjonijiet importanti jbatti mal-​mogħdija taż-​żmien. Din hija raġuni waħda għala, meta waqqaf “l-​ikla tal-​Mulej”, Ġesù kkmanda lid-​dixxipli tiegħu: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Minn dak in-​nhar ’l hawn, fl-​anniversarju tal-​mewt taʼ Ġesù, il-​Kristjani b’ubbidjenza baqgħu ‘jxandru l-​mewt tal-​Mulej sa ma jiġi.’​—1 Kor. 11:​20, 23-​26.

2 Dalwaqt issa, Ġesù se jirċievi fl-​għamara tas-​smewwiet l-​aħħar uħud tal-​“merħla ċkejkna” li qiegħda tonqos. (Lq. 12:32; Ġw. 14:​2, 3) Din is-​sena l-​fdal taʼ wħud midlukin flimkien mal-​folla kbira taʼ “nagħaġ oħra” li dejjem tiżdied se jerġgħu jkollhom il-​privileġġ li josservaw l-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej, fil-​11 taʼ April. (Ġw. 10:16; Apk. 7:​9, 10) L-​apprezzament għall-​imħabba kbira taʼ Jehovah f’li bagħat lill-​Iben uniġenitu tiegħu għan-​nom taʼ l-​umanità se jissaħħaħ. Se jiġu enfasizzati l-​eżempju taʼ Ġesù, imħabbtu, il-​fedeltà tiegħu sal-​mewt f’li pprovda r-​rahan, u l-​ħakma tiegħu issa bħala Sultan tas-​Saltna stabbilita taʼ Alla, kif ukoll il-​barkiet li dik is-​Saltna se ġġib lill-​umanità. Verament okkażjoni li trid tiġi mfakkra!

3 Ipprepara Issa: Ħalli lkoll kemm aħna nistinkaw biex nagħmlu dan l-​istaġun tal-​Mafkar wieħed taʼ ferħ kbir u radd il-​ħajr għalina nfusna u għal dawk kollha li se jassoċjaw magħna. Nistgħu nħejju qalbna billi nerġgħu naqraw rakkonti mill-​Bibbja rigward l-​aħħar ftit jiem tal-​ministeru taʼ Ġesù u l-​ġrajjiet li wasslu sal-​mewt tiegħu. L-​istudju tagħna tal-​familja jistaʼ minn diversi ġimgħat qabel il-​Mafkar jiġi ddedikat għal reviżjoni taʼ kapitli 112-​16 fil-​ktieb L-​Aqwa Bniedem.

4 Xi kemm taf nies li għandhom mnejn jiġu għall-​Mafkar jekk int tieħu l-​inizjattiva biex tibni l-​apprezzament tagħhom għal din l-​okkażjoni, tistedinhom, u ġġagħalhom iħossuhom milqugħin? Agħmel lista issa, u agħmel l-​almu tiegħek biex tgħinhom jiġu. Wara, għinhom ikomplu jikbru spiritwalment billi tinkuraġġihom ħalli jattendu għal-​laqgħat regolarment.

5 Matul l-​istaġun tal-​Mafkar, se jsiru arranġamenti speċjali ħalli kulħadd ikollu iktar opportunitajiet biex jippriedka. Bi skeda tajba, tistaʼ int tkun pijunier awżiljarju f’April? f’Mejju? Wieħed mill-​aqwa modi kif nuru li niftakru b’apprezzament dak kollu li s-​sagrifiċċju taʼ Ġesù jfisser għalina huwa billi nitkellmu dwar Alla tagħna, Jehovah, u dwar il-​barkiet li l-​ħakma tas-​Saltna minn Ibnu se ġġib.​—Salm 79:13; 147:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja