“Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
1. Għala hu importanti jum it-Tifkira?
1 “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Lq. 22:19) B’dan il-kliem, Ġesù kkmanda lis-segwaċi tiegħu biex jikkommemoraw il-mewt tiegħu bħala sagrifiċċju. Minħabba l-benefiċċji kollha li ġabet magħha l-fidwa, m’hemm l-ebda jum daqshekk importanti u prezzjuż għall-Kristjani daqs jum it-Tifkira li jsir darba fis-sena. Hekk kif riesaq il-5 t’April, jum it-Tifkira, kif nistgħu aħna nuru l-gratitudni tagħna lejn Ġeħova?—Kol. 3:15.
2. Billi nistudjaw u nimmeditaw, kif nistgħu nuru l-apprezzament tagħna għat-Tifkira?
2 Ipprepara: Ġeneralment, aħna nippreparaw għall-affarijiet li nqisuhom importanti. Nistgħu nippreparaw qalbna għat-Tifkira billi bħala familja nistudjaw flimkien il-ġrajjiet li seħħew matul l-aħħar ġranet taʼ Ġesù fuq l-art u billi nimmeditaw fuqhom. (Esd. 7:10) Fil-kalendarju u fil-ktieb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum hemm lista żgħira taʼ skritturi, filwaqt li lista kemxejn ikbar, flimkien maʼ kapitli li jaqblu magħhom mill-ktieb L-Aqwa Bniedem, tistaʼ tinstab fit-Torri tal-Għassa bl-Ingliż tal-1 taʼ Frar, 2011, paġni 23-24.
3. Billi nżidu s-sehem tagħna fil-ministeru, kif nistgħu nuru l-apprezzament tagħna għat-Tifkira?
3 Ipprietka: Nistgħu nuru wkoll l-apprezzament tagħna billi nieħdu sehem sħiħ fil-ministeru. (Lq. 6:45) Mis-Sibt, 17 taʼ Marzu, se tibda kampanja mad-dinja kollha biex nistiednu lil uħud oħrajn għat-Tifkira. Tistaʼ int tagħmel aġġustamenti fl-iskeda tiegħek sabiex tqattaʼ iktar ħin fil-ministeru, forsi billi taqdi bħala pijunier awżiljarju? Għax ma tiddiskutux dan bħala familja waqt il-lejla tal-Qima tal-Familja li jmiss?
4. Liema benefiċċji nistgħu nirċievu meta nosservaw it-Tifkira?
4 Kemm nibbenefikaw meta kull sena nattendu t-Tifkira! Il-ferħ u l-imħabba tagħna għal Alla jikbru hekk kif nirriflettu tajjeb fuq il-ġenerożità taʼ Ġeħova f’li jipprovdi lil Ibnu l-waħdieni bħala fidwa. (Ġw. 3:16; 1 Ġw. 4:9, 10) Dan iqanqalna biex ma ngħixux iktar għalina nfusna. (2 Kor. 5:14, 15) Ukoll, iqanqalna biex infaħħru lil Ġeħova pubblikament. (Salm 102:19-21) Tabilħaqq, il-qaddejja grati taʼ Ġeħova b’ħerqa jħarsu ’l quddiem għall-opportunità li se jkollhom li josservaw it-Tifkira fil-5 t’April sabiex ‘ixandru l-mewt tal-Mulej.’—1 Kor. 11:26.