LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/07 pp. 1-7
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Għin lil Oħrajn Jibbenefikaw mill-Fidwa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Għala Nattendu għat-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 3/07 pp. 1-7

“Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”

Il-​Mewt taʼ Ġesù Se Tiġi Kommemorata fit-​2 t’April

1. Għala t-​2 t’April, 2007, hija data importanti?

1 Fit-​2 t’April, 2007, miljuni taʼ nies madwar id-​dinja se jiltaqgħu biex jikkommemoraw il-​mewta taʼ sagrifiċċju taʼ Ġesù. Ġesù miet minħabba li ddefenda s-​sovranità taʼ Missieru tas-​sema, billi ta prova li kienet akkuża falza li għamel Satana x-​Xitan meta stqarr li l-​bnedmin jaqdu lil Alla biss minħabba motivi egoistiċi. (Ġob 2:​1-5) L-​Ikla taʼ fil-​Għaxija tal-​Mulej tfakkarna wkoll li permezz tal-​mewt tiegħu bħala bniedem perfett u mingħajr dnub, Ġesù ‘ta ruħu b’fidwa għal ħafna.’ (Mt. 20:28) Għalhekk, Ġesù kkmanda lid-​dixxipli tiegħu: “Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” (Luqa 22:19) Qanqlek l-​apprezzament għal dan ir-​rigal prezzjuż mingħand Alla biex tibda tagħmel it-​tħejjijiet ħalli tikkommemora dan l-​att taʼ mħabba li ma bħalu?​—Ġw. 3:​16.

2. Kif nistgħu nħejju qalbna għat-​Tifkira?

2 Ħejji Qalbek: Billi nikkunsidraw jum b’jum il-​ġrajjiet li seħħew matul l-​aħħar ftit jiem tal-​ħajja umana taʼ Ġesù, aħna nistgħu nħejju qalbna għal din l-​osservanza tat-​Tifkira. (Esd. 7:​10, Saydon) Sabiex jgħinna nagħmlu dan, nistgħu nsibu skeda għall-​qari tal-​Bibbja speċjali fil-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2007 u fuq it-​2007 Calendar. Dan il-​qari fl-​iskeda jaqbel ħafna mal-​jiem taʼ kif seħħew il-​ġrajjiet li għandhom x’jaqsmu mal-​mewt taʼ Ġesù skond il-​kalendarju li nużaw illum. Il-​jiem u d-​dati li huma msemmijin fir-​rakkonti Bibliċi huma bbażati fuq il-​kalendarju Lhudi, jiġifieri, jum li jibda minn inżul ix-​xemx sa nżul ix-​xemx. Din id-​differenza ġiet kunsidrata u l-​iskeda għall-​qari tal-​Bibbja għat-​Tifkira hija fi qbil magħha. Jekk nirrivedu informazzjoni bħal din u nimmeditaw bit-​talb dwar l-​imħabba kbira t’Alla niġu megħjunin nibbenefikaw bis-​sħiħ mill-​osservanza tat-​Tifkira.

3. Kif nistgħu ngħinu lill-​uħud interessati u lil dawk inattivi jibbenefikaw mit-​Tifkira?

3 Stieden lil Oħrajn biex Jattendu: L-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar ħabbar kampanja speċjali biex nistiednu lin-​nies għal din il-​ġrajja importanti. Għamilt arranġamenti biex ikollok sehem sħiħ f’din il-​kampanja? Għamilt lista taʼ wħud li tixtieq tistieden, u bdejt tikkuntattjahom? Ippjana biex tasal kmieni biżżejjed fil-​lejla tat-​Tifkira sabiex tilqaʼ lil dawk li tkun stidint kif ukoll lil uħud interessati oħrajn. Forsi tkun trid tpoġġi bil-​qiegħda ħdejhom, u kun ċert li jkollhom Bibbja u ktieb taʼ l-​għanjiet. Introduċiehom m’oħrajn fil-​kongregazzjoni. Wara l-​programm ħu l-​ħin biex twieġeb il-​mistoqsijiet li jkollhom. Stidinhom biex jattendu għat-​taħdita pubblika speċjali li se tingħata fil-​15 t’April. B’mod speċjali, l-​anzjani jridu jkunu ċerti li jistiednu għat-​Tifkira u għat-​taħdita speċjali lil dawk li kienu jissieħbu mal-​kongregazzjoni imma li saru inattivi.

4. Kif nistgħu ngħinu lin-​nies biex jibqgħu jagħmlu progress spiritwali wara l-​osservanza tat-​Tifkira?

4 Għin lill-​Uħud Interessati Ġodda u Wħud Inattivi biex Jagħmlu Progress: Il-​kelliemi tat-​Tifkira se jispjega fil-​qosor li aħna noffru studji tal-​Bibbja fid-​djar bla ħlas u jinkuraġġixxi lill-​uħud interessati ġodda biex jibqgħu jitgħallmu dwar Ġeħova. Tistaʼ tuża l-​kummenti tiegħu bħala bażi biex toffri iktar għajnuna spiritwali lil dawk li stidint. Jekk fil-​preżent mhux qed jistudjaw il-​Bibbja, kun ċert li tmur iżżurhom wara t-​Tifkira u wrihom kif isir studju tal-​Bibbja bla ħlas. Sabiex jagħmlu progress spiritwali, se jkollhom bżonn ukoll jattendu l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (Ebr. 10:​24, 25) B’dan f’moħħok, inkuraġġihom biex jibdew jattendu regolarment. L-​anzjani għandhom jagħmlu arranġament biex iżuru lill-​Kristjani inattivi li attendew it-​Tifkira u jgħinuhom biex jikkunsidraw iktar dak li ġie preżentat fit-​taħdita. Dan jistaʼ jinkuraġġihom biex jerġgħu jsiru attivi fil-​kongregazzjoni.

5. Kif nistgħu nibbenefikaw billi nosservaw it-​Tifkira?

5 L-​osservanza tat-​Tifkira tipprovdi opportunità biex nimmeditaw bis-​serjetà dwar x’għamlu Ġeħova u Ġesù għalina. Meditazzjoni bħal din tkabbrilna mħabbitna għalihom u teffettwa l-​kondotta tagħna. (2 Kor. 5:​14, 15; 1 Ġw. 4:​11) Issa huwa ż-​żmien li nibdew nippreparaw lilna nfusna u lill-​uħud interessati għal din l-​okkażjoni importanti li matulha ‘nxandru l-​mewt tal-​Mulej.’​—1 Kor. 11:26.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja