LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 2 t’April
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 3/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Marzu

Għanja 153

10 min: Avviżi lokali. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Marzu. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għat-​Tnejn, 19 taʼ Marzu li se tkun festa pubblika.

15 min: Meta Xi Ħadd li Tħobb Jitlaq lil Ġeħova. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Settembru, 2006, paġni 17-​21.

20 min: “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi.”a Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 3, inkludi kummenti mill-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Marzu 2006, paġna 1, paragrafu 3, dwar kif jistaʼ jintuża l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? biex nispjegaw l-​osservanza tat-​Tifkira lil uħud interessati li nistiednu.

Għanja 168 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Marzu

Għanja 45

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Irrivedi l-​punti prinċipali mill-​kaxxa “Tfakkiriet għat-​Tifkira” f’paġna 7.

20 min: Modi Kif Tkabbar il-​Ministeru Tiegħek. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq kapitlu 10 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova.

15 min: “Int Kif Twieġeb?”b Ippreżenta turija qasira dwar kif dan l-​artiklu speċjali jistaʼ jintuża f’okkażjoni taʼ studju tal-​familja.

Għanja 216 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Marzu

Għanja 115

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħtu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa tagħhom għal Marzu. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Permezz tas-​suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April flimkien maʼ l-​invit għat-​Tifkira. Is-​setting għat-​turija għandu jkun pubblikatur li qed jagħti xiehda f’post pubbliku. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għas-​Sibt, 31 taʼ Marzu li se tkun festa pubblika.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: X’Għandi Nagħmel b’Ħajti? Taħdita bbażata fuq l-​Awake! taʼ Lulju 2006, paġni 23-5. Inkludi intervista maʼ persuna jew tnejn li daħlu fis-​servizz full-time wara li spiċċaw l-​iskola sekondarja. Għala għażlu s-​servizz full-time? Liema barkiet gawdew?

Għanja 148 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 2 t’April

Għanja 177

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-​invit li hemm fil-​qoxra taʼ wara tat-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 t’April, 2007, u inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex jistiednu lill-​persuni interessati għat-​taħdita pubblika speċjali li se tingħata fil-​15 t’April. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali tas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​Ġimgħa, 6 t’April li se tkun festa pubblika.

15 min: Ibqgħu Għinu lil Dawk li Attendew it-​Tifkira. Taħdita minn anzjan. Ħabbar l-​attendenza għat-​Tifkira fil-​kongregazzjoni lokali, u agħti kalkolu tan-​numru taʼ wħud interessati li kienu preżenti. Irrakkonta xi esperjenzi sbieħ rigward dawk li aċċettaw l-​invit speċjali għat-​Tifkira jew li wara l-​programm marru fuq l-​attendants biex jistaqsu għal studju tal-​Bibbja. Offri xi suġġerimenti dwar kif nagħtu iktar għajnuna spiritwali lil dawk li attendew. (Ara km 3/06 pġ. 1, par. 5; km 2/05 pġ. 4, par. 9; km 2/04 pġ. 5, par. 16.) Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi sabiex jagħmlu dan malajr kemm jistaʼ jkun.

20 min: ‘Agħmel Ħbieb Permezz tar-​Rikkezzi Bla Tjieba.’ Taħdita entużjastika u li timmotiva mogħtija mill-​indokratur li jippresiedi bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l1 taʼ Diċembru, 1994, paġni 28-​32. Enfasizza xi wħud mill-​għotjiet spiritwali li Ġeħova ta lill-​kongregazzjonijiet f’Malta f’dawn l-​aħħar ftit snin permezz taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu.

Għanja 179 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja