LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/98 p. 1
  • Tfal—Intom il-Ferħ Tagħna!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfal—Intom il-Ferħ Tagħna!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Żgħażagħ—X’Inhuma L-Miri Spiritwali Tagħkom?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Modi kif tkabbar il-ministeru tiegħek
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Kun Ferħan b’Dak li Qed Tagħmel għal Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Kif Tilħaq il-Miri Spiritwali Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 3/98 p. 1

Tfal—Intom il-​Ferħ Tagħna!

1 Tfal subjien u bniet, familjari intom mal-​kmand taʼ Jehovah li tiġu inklużi fl-​attivitajiet tal-​kongregazzjoni? (Dt. 31:12; Salm 127:3) Iġibilna ferħ li jkollna lilkom maʼ ġenbna fil-​waqt li nqimu lil Jehovah flimkien! Intom tqanqlulna qlubna meta toqogħdu bil-​qiegħda kwieti fil-​laqgħat u tagħtu widen bl-​attenzjoni. Nithennew speċjalment meta tipprovaw tikkummentaw fi kliemkom stess. Il-​kongregazzjoni kollha tieħu pjaċir meta tippreżentaw il-​partijiet assenjati lilkom fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, meta bil-​ħerqa tingħaqdu magħna fis-​servizz taʼ l-​għalqa, u meta nisimgħu li bi qlubija tagħtu xiehda lil sħabkom taʼ l-​iskola u lill-​għalliema.​—Salm 148:​12, 13.

2 Irridukom tkunu tafu li aħna kburin bikom meta naraw il-​manjieri tajbin tagħkom, id-​dehra pulita tagħkom, il-​kondotta nadifa tagħkom, u r-​rispett tagħkom lejn l-​adulti. Nifirħu bil-​wisq iktar meta turu li intom qegħdin ‘tiftakru f’min ħalaqkom’ billi tpoġġu miri teokratiċi għalikom infuskom.​—Koħ. 12:1; Salm 110:3, Saydon.

3 Għidulna bil-​Miri Tagħkom: Tifel taʼ tmien snin qal lil indokratur tad-​distrett: ‘L-​ewwel nixtieq nitgħammed, imbagħad nixtieq naqdi fil-​kongregazzjoni billi ngħin fis-​sound u ngħaddi l-​mikrofoni, inkun attendant, ngħin fil-​kamra tal-​letteratura, u naqra fl-​istudji tal-​ktieb u fl-​Istudji tat-​Torri taʼ l-​Għassa. Imbagħad nixtieq insir qaddej ministerjali, u wara anzjan. Nixtieq ukoll insir pijunier u mmur l-​iskola tal-​pijunieri. Imbagħad nixtieq immur Betel, insir indokratur tas-​circuit jew tad-​distrett.’ X’apprezzament mill-​aħjar wera għall-​privileġġ li jaqdi lil Alla!

4 Waqt li tipprogressaw fiżikament u spiritwalment, aħna nifirħu meta narawkom tilħqu l-​miri tagħkom. (Qabbel Luqa 2:52.) Kull sena, eluf minnkom isiru pubblikaturi mhux mgħammdin u mbagħad jikkwalifikaw għall-​magħmudija bħala qaddejja dedikati taʼ Jehovah. Il-​ferħ tagħna jikber meta mbagħad narawkom tirsistu biex issiru pijunieri awżiljarji u saħansitra tidħlu fis-​servizz full-time. Tassew, tfal, intom il-​ferħ tagħna u sors meraviljuż taʼ tifħir lil Missierna tas-​sema. Jalla Jehovah jberikkom bil-​kbir!​—Prov. 23:​24, 25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja