LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/98 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 3/98 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Marzu

Ġimgħa li Tibda 2 taʼ Marzu

Għanja 3

8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

15 min: “Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi.” Taħdita minn anzjan. Ikkummenta fil-​qosor mill-​ktieb Our Ministry, paġni 80-1, billi tenfasizza l-​importanza taʼ l-​attendenza għall-​Mafkar.

22 min: “Nissel f’Oħrajn it-​Tama taʼ Ħajja taʼ Dejjem.” Diskussjoni taʼ l-​artiklu maʼ l-​udjenza.

Spjega fil-​qosor kif il-​mistoqsijiet jistgħu jintużaw b’mod effettiv biex titkompla konversazzjoni. Agħti xi eżempji kemm taʼ mistoqsijiet li jwasslu għal konklużjoni u kemm taʼ mistoqsijiet li jitolbu l-​ħarsa taʼ l-​individwu u li jistgħu jintużaw f’xi preżentazzjoni. (Ara l-​iSchool Guidebook, paġni 51-2, paragrafi 10-​12.) Ipprepara lil xi pubblikatur kapaċi biex juri waħda mill-​preżentazzjonijiet inizjali li huma ssuġġeriti flimkien maż-​żjara lura, billi turi studju tal-​Bibbja qed jinbeda. Semmi wkoll fil-​qosor l-​arranġament tad-​donazzjoni meta l-​inkwilin jistaqsi dwar il-​prezz.

Għanja 88 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Marzu

Għanja 60

8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Ibbenefika Bis-​Sħiħ Min-​1998 Yearbook. Missier jirrevedi paġni 3-6, 31 mal-​familja tiegħu, billi jiġbed l-​attenzjoni lejn kisbiet teokratiċi tas-​sena li għaddiet minn madwar id-​dinja. Ikkunsidra l-​benefiċċji gawduti mill-​familja meta jaqraw u jiddiskutu t-​test tal-​jum u porzjonijiet mill-​Yearbook flimkien waqt ħin l-​ikel, iddeterminati li jibqgħu jagħmlu dan matul is-​sena.

22 min: “Se Nerġgħu Nagħmluh?” (Paragrafi 1-​11) Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrakkonta xi ġrajjiet prinċipali tal-​kampanja li saret fir-​rebbiegħa li għaddiet għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju, bħalma ġie rrapportat fin-​1998 Yearbook. Semmi n-​numru taʼ pijunieri awżiljarji lokali matul dak il-​perijodu. Iddiskuti l-​benefiċċji persunali immedjati li niksbu talli nkunu pijunieri, u uri kif dan l-​isforz miżjud jikkontribwixxi għall-​progress tal-​kongregazzjoni. Enfasizza l-​arranġamenti tas-​servizz ippjanati lokalment għal April u Mejju biex jgħinu lil iktar uħud jagħmlu x-​xogħol taʼ pijunier. Il-​pubblikaturi jistgħu jiksbu l-​applikazzjonijiet wara l-​laqgħa.

Għanja 195 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Marzu

Għanja 43

8 min: Avviżi lokali. Stieden lil dawk kollha li juru interess biex jattendu għat-​taħdita pubblika speċjali fid-​29 taʼ Marzu. It-​taħdita hi intitolata “Għala Tistaʼ Tafda l-​Bibbja.”

15 min: Bżonnijiet lokali

22 min: “Se Nerġgħu Nagħmluh?” (Paragrafi 12-​19) Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrevedi l-​kwalifiki mniżżlin fil-​ktieb Our Ministry, paġni 113-​14. Spjega kif ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju jipprepara lil dak li jkun għas-​servizz taʼ pijunier regulari. Stieden lil xi wħud li għamlu x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju fir-​rebbiegħa li għaddiet biex jgħidu kif irranġaw l-​iskeda tagħhom sabiex jilħqu l-​ħtieġa taʼ 60 siegħa. Liema skeda mogħtija bħala eżempju fl-​aħħar paġna taʼ l-​insert irnexxiet l-​iktar għalihom? Skond kemm jippermetti l-​ħin, irrakkonta l-​esperjenzi fin-​1987 Yearbook, paġni 48-9, 245-6. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex jiksbu l-​applikazzjonijiet wara l-​laqgħa.

Għanja 224 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Marzu

Għanja 94

10 min: Avviżi lokali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jibda jistieden lil uħud interessati għall-​Mafkar, fil-​11 taʼ April. Uri kopja taʼ l-​invit, u ħeġġeġ lil kulħadd biex jakkwista provvista u jibda jqassamhom din il-​ġimgħa. Ħabbar l-​ismijiet tal-​pijunieri awżiljarji kollha għal April. Spjega li m’huwiex tard wisq biex tintefaʼ l-​applikazzjoni. Semmi d-​dettalji taʼ l-​iskeda kollha kemm hi għal-​laqgħat tas-​servizz ippjanati għal April.

20 min: Ipprepara lil Uħud Ġodda għas-​Servizz taʼ l-​Għalqa. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Dawk li jikkonduċu studju mill-​ktieb Għarfien għandhom jikkunsidraw li jippreparaw lill-​istudent tagħhom biex jieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa. Indika dak li jingħad fil-​ktieb Għarfien, f’paġni 105-6, paragrafu 14, u f’paġna 179, paragrafu 20. Irrevedi l-​proċedura fit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar, 1989, paġni 12-​13, paragrafi 7-​10, biex uħud ġodda jiġu rrikonoxxuti bħala pubblikaturi mhux mgħammdin. Ikkunsidra s-​suġġerimenti fl-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Ġunju 1996, paragrafu 19, dwar kif ngħinu lil pubblikaturi ġodda mhux mgħammdin jibdew fis-​servizz.

15 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Mistoqsijiet u tweġibiet. Anzjan jirrevedi l-​materjal fil-​ktieb Our Ministry, paġna 131, paragrafi 1 u 2.

Għanja 47 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Marzu

Għanja 29

12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tiegħu tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Marzu. Uri l-​ħarġiet kurrenti tar-​rivisti, issuġġerixxi liema artikli tistaʼ turi meta tkun qed toffrihom, u semmi xi punti taʼ konversazzjoni speċifiċi. Irrevedi “Tfakkiriet għall-​Mafkar,” u indika l-​arranġamenti lokali għall-​Mafkar. Kulħadd għandu jagħmel il-​pjanijiet finali biex jgħin lill-​istudenti tal-​Bibbja u oħrajn li juru interess ħalli jattendu. Fakkar lil kulħadd biex ikun ċert li jsegwi l-​qari tal-​Bibbja għall-​Mafkar ippjanat mis-​6 sal-​11 taʼ April, bħalma hu indikat f’Neżaminaw L-​Iskrittura Kuljum.

13 min: “Tfal​—Intom il-​Ferħ Tagħna!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Irrakkonta l-​esperjenza fil-​Watchtower taʼ l-​1 taʼ Awissu, 1987, paġna 25.

20 min: Xi Modi biex Tiġġieled Kontra l-​Għejja Spiritwali. Żewġ anzjani jiddiskutu l-​kaxxa fit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ April, 1986, paġna 16. Għal kull wieħed mis-​“Sintomi taʼ l-​Għejja,” spjegaw Skritturalment kif wieħed jistaʼ jibbenefika mill-​“Għajnuniet biex Nissaportu,” li jikkorrispondu. Imbagħad intervistaw żewġ pubblikaturi li jikkummentaw fuq kif l-​applikazzjoni taʼ punti bħal dawn għenuhom jibqgħu b’saħħithom spiritwalment.

Għanja 140 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja