Għanja 195
Dan Hu l-Jum taʼ Jehovah
1. Dan taʼ Jehovah l-jum. Saltnatu hawn se ddum.
Hu poġġa f’Sijon il-Pedament fiss.
Leħnu jgħolli kulħadd B’ħajr għal barkiet bla għadd
Għax f’ta’ Jehovah s-Saltna aħna nafdaw biss.
(Kor)
2. Kristu Sultan ħabib U Armageddon qrib.
D-dinja taʼ Satana waslet fit-tmiem.
Qalbenin nippridkaw U l-messaġġ nannunzjaw;
Ngħinu lin-nies ġwejdin ’l Alla jpoġġu quddiem.
(Kor)
3. Lis-Sultan ferm ngħożżuh; B’egħmilna insegwuh.
’L Alla hu jaqdi; lilu naċċettawh.
Miftuħ tat-tempju l-bieb! Insiru m’Alla ħbieb.
Fil-ministeru dejjem nuru li nafdawh.
(KOR)
X’sejra iġġib, Jehovah, s-Saltna?
Rebħa għall-ħaqq u l-verità.
X’iktar se ġġib, Jehovah, s-Saltna?
Ħajja bla tmiem, feliċità.
Faħħru lis-Sovran Jehovah
Għall-imħabba w fedeltà.