Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nippreparaw l-introduzzjoni tagħna
Għala hu importanti: Jekk l-introduzzjoni tagħna ma tqanqalx l-interess, l-inkwilin għandu mnejn itemm il-konversazzjoni qabel ma nilħqu nagħtuh xhieda. Għaldaqstant, ħafna pubblikaturi jqisu li l-ewwel ftit kliem li jgħidu huwa l-iktar parti importanti mill-preżentazzjoni tagħhom. Għalkemm fil-Ministeru tas-Saltna u fil-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja nsibu eżempji taʼ preżentazzjonijiet, mhux dejjem ikun fihom introduzzjoni sħiħa, u dan sabiex inkunu nistgħu nadattawhom skont il-bżonn. Anki jekk eżempju taʼ preżentazzjoni jkun sħiħ, xi pubblikaturi għandhom mnejn jagħżlu li jbiddlu xi kliem jew jippreparaw l-introduzzjoni tagħhom. B’hekk, se nkunu iktar effettivi jekk nippreparaw bir-reqqa l-introduzzjoni tagħna minflok ma naqbdu u ngħidu dak li jiġi f’moħħna meta l-inkwilin jiftaħ il-bieb.—Prov. 15:28.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Warrab ftit ħin matul il-qima tal-familja biex tipprepara u tipprattika l-introduzzjoni tiegħek.
Meta tkun fil-ministeru, aqsam dak li tkun se tgħid maʼ pubblikaturi oħrajn. (Prov. 27:17) Biddel l-introduzzjoni tiegħek jekk ma tkunx effettiva.