Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Ibqaʼ Għassa!, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna Meta Mmutu?, jew browxers oħrajn li jistgħu jkunu adattati għat-territorju tiegħek. Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara. Meta l-inkwilini diġà jkollhom din il-pubblikazzjoni, urihom kif jistgħu jibbenefikaw minnha billi turi kif isir studju tal-Bibbja fil-qosor. Ottubru: Ir-rivisti Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess, ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. Novembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-Bibbja.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-2009 Calendar of Jehovah’s Witnesses, Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2009, u t-2009 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura li jmiss. Lista tal-lingwi li bihom se jkunu disponibbli dawn il-pubblikazzjonijiet se tidher fl-“Avviż lill-Kongregazzjonijiet Kollha,” li jintbagħat kull xahar.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-sħubija jew diżassoċjati li forsi għandhom ix-xewqa li jiġu aċċettati lura.
◼ Minħabba l-fatt li għalissa m’hemmx provvediment għal divorzju legali f’Malta, kwalunkwe mistoqsija rigward jekk dak li jkun jistax jerġaʼ jiżżewweġ skond l-Iskrittura jew id-Dikjarazzjoni li Twiegħed Fedeltà għandha tiġi indirizzata lill-ġemgħa taʼ l-anzjani. Mill-banda l-oħra, l-anzjani se jirrivedu l-ittra lill-ġemgħat taʼ l-anzjani kollha bid-data taʼ l-1 taʼ Diċembru, 2002 u jiktbu lill-uffiċċju lokali qabel ma jwieġbu kwalunkwe mistoqsija.