Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’Awissu, 2008. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Lulju sal-25 t’Awissu, 2008.
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Liema mistoqsijiet nistgħu nistaqsu lilna nfusna meta nippreparaw taħdita biex inkunu ċerti li l-materjal se jinforma u jgħallem lill-udjenza? [ht pġ. 13 par. 6]
2. Kif nistgħu nagħmluhom prattiċi t-taħditiet tagħna? [ht pġ. 14 par. 8]
3. L-eżattezza f’dak li tgħid għala hija daqstant importanti? [ht pġ. 14 par. 9]
4. Xi jrid isir fil-preparazzjoni taʼ taħdita sabiex l-affarijiet jingħadu b’mod sempliċi? [ht pġ. 15 pari. 14, 15]
5. Fl-introduzzjoni taʼ taħdita b’liema modi tistaʼ tqanqal l-interess fis-suġġett? [ht pġ. 17 par. 2]
INKARIGU NRU. 1
6. Għala għandna bżonn noqogħdu għassa l-ħin kollu dwar l-attitudni tagħna lejn is-sovranità taʼ Ġeħova? [wt pġ. 57 par. 16]
7. X’inhu involut rigward it-twettiq taʼ l-iskop taʼ Ġeħova għall-art u l-umanità? [wt pġ. 61 par. 3]
8. X’tgħallimna dwar Ġeħova mill-fatt li hu ttollera l-ħażen? [wt pġ. 65 par. 12]
9. Hekk kif nissaportu t-tbatija bil-paċenzja, oħrajn kif jistgħu jibbenefikaw? [wt pġ. 67 par. 15]
10. Satana kif jistaʼ jħajjarna għar-reliġjon falza saħansitra jekk qed inqimu lil Ġeħova? [wt pġ. 73 par. 8]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Il-kalzrier Filippi għala ried “joqtol lilu nnifsu”? (Atti 16:25-27) [w90-E 5/15 pġ. 25, kaxxa]
12. Aristarku u Gaju kif irreaġixxew għall-persekuzzjoni? (Atti 19:29; 20:4, 5) [w08 2/15 pġ. 10 pari. 16-17]
13. X’kien ifisser li Sawlu kien qed ‘joqmos kontra n-niggieża’? (Atti 26:14) [w03 10/1 pġ. 32]
14. Kif jistaʼ ‘d-dnub jiġi mħajjar’ mill-kmandament t’Alla lil Iżrael? (Rum. 7:8, 11) [w08 6/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb tar-Rumani”]
15. Kif ‘niġimgħu faħam jaqbad’ fuq ras l-għadu? (Rum. 12:20) [w08 6/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ktieb tar-Rumani”]