LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/08 p. 4
  • Qed Tużah bis-Sħiħ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Tużah bis-Sħiħ?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Serje Ġdida t’Artikli Biex Nibdew Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Lill-Qarrejja Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Serje t’Għajnuna għall-Ministeru Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Bidliet Eċċitanti fit-Torri taʼ l-Għassa!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 8/08 p. 4

Qed Tużah bis-​Sħiħ?

1 “Qed inħares ’il quddiem biex nużah fil-​ministeru!” Hekk kitbet waħda oħt wara li qrat It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2008. Ħsibt dwar xi wħud mill-​aspetti regulari taʼ l-​edizzjoni għall-​pubbliku, u sibt modi kif tistaʼ tużahom tajjeb fil-​ministeru taʼ l-​għalqa tiegħek?

2 “Dak li Nitgħallmu minn Ġesù”: Forsi sibt li dan l-​aspett huwa utli biex tibda studji tal-​Bibbja. Jekk għadek m’għamiltx dan, ipprova aqra t-​titlu taʼ l-​artiklu lill-​inkwilin, u mbagħad iġbed l-​attenzjoni lejn dak li qal Ġesù dwar il-​kwistjoni, bħalma hu mniżżel fl-​ewwel paragrafu. Meta jkun hemm interess mill-​bidu, stinka biex tkompli d-​diskussjoni billi tuża s-​sottitli, li huma mpoġġijin bħala mistoqsijiet li jqanqlu l-​ħsieb. Stieden lill-​persuna biex tikkummenta fuq il-​mistoqsija. Spjega fil-​qosor kwalunkwe stampa relatata, u mur fuq il-​paragrafu li jmiss. Għandek mnejn tkun tistaʼ tkopri l-​ewwel nofs taʼ l-​artiklu fuq l-​ewwel żjara, u mbagħad iddiskuti t-​tieni nofs meta tmur lura. Kun preparat biex tkompli l-​istudju fil-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?

3 “Fatturi Essenzjali għall-​Hena fil-​Familja”: Din is-​serje li tidher kull tliet xhur, hija magħmula biex tgħin lill-​irġiel u n-​nisa miżżewġin, u l-​ġenituri biex jaraw kif jistgħu japplikaw il-​prinċipji Bibliċi meta jkollhom problemi li jheddu l-​paċi tal-​familja. Tistaʼ wkoll tuża dawn l-​artikli biex tgħin lil dawk li m’humiex Xhieda jaraw l-​għerf li jinsab fil-​Bibbja.—2 Tim. 3:16, 17.

4 Aspetti għaż-​Żgħażagħ: Din is-​serje “Għaż-​Żgħażagħ Tagħna” tipprovdi opportunità lill-​qarrej biex jaħseb dwar rakkont Bibliku speċifiku u jeżaminah. Tistaʼ tuża dawn l-​artikli biex tgħin liż-​żgħażagħ li tiltaqaʼ magħhom fil-​ministeru tiegħek biex jaraw kemm hu prattiku li jistudjaw il-​Kelma t’Alla. (Salm 119:9, 105) Meta tkellmu lil xi ġenituri, tistgħu ssemmu s-​serje “Għallem lil Uliedek” li kultant tidher fir-​rivista. Dawn l-​artikli jistgħu jgħinu lit-​tfal żgħar biex jitgħallmu lezzjonijiet importanti minn karattri tal-​Bibbja. Għamiltha mira li taqra dawn l-​artikli maʼ wliedek?

5 Aspetti Oħrajn: L-​aspett “Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu” jikkunsidra mistoqsija li x’aktarx iqajmu wħud li m’humiex Xhieda. Tistaʼ tenfasizza dan l-​artiklu meta toffri r-​rivisti minn dar għal dar. L-​aspett “Ittra Mingħand  . . .” huwa rapport li jitkellem dwar l-​isfidi li jiffaċċjaw il-​missjunarji u oħrajn huma u jwettqu l-​ministeru tagħhom li huwa rakkontat minnhom stess. Dawn l-​artikli jistgħu jgħinu lil uħud interessati jaraw li l-​aħbar tajba qed tiġi pridkata madwar id-​dinja, bħala twettiq tas-​sinjal tal-​preżenza taʼ Kristu.—Mt. 24:3, 14.

6 L-​aspett “Ersaq Qrib Lejn Alla,” li hu bbażat fuq il-​qari tal-​Bibbja għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, jistaʼ jqanqal lil uħud sinċieri biex ikunu jridu jitgħallmu iktar dwar Ġeħova. Is-​serje “Imita l-​Fidi Tagħhom,” li kultant tidher fir-​rivista, hija mħejjija biex tgħin lin-​nies jimmaġinaw ir-​rakkonti Bibliċi, waqt li tagħmel il-​karattri Bibliċi—l-​għażliet tagħhom, l-​isfidi tagħhom, il-​fidi tagħhom—jidhru reali għall-​qarrejja taʼ llum.

7 Kemm nieħdu pjaċir nirċievu ħarġa sħiħa tat-​Torri taʼ l-​Għassa li hija mħejjija biex tintuża fl-​għalqa! Ejja nagħmlu kull ma nistgħu biex insiru familjari sew mal-​kontenut tagħha u nużawha bis-​sħiħ fil-​ministeru tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja