LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 1/1 p. 3
  • Lill-Qarrejja Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Lill-Qarrejja Tagħna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Materjal Simili
  • Bidliet Eċċitanti fit-Torri taʼ l-Għassa!
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Qed Tużah bis-Sħiħ?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • L-Edizzjoni l-Ġdida għall-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Lill-Qarrejja Tagħna
    Stenbaħ!—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 1/1 p. 3

Lill-​Qarrejja Tagħna

BI PJAĊIR ninformawkom li minn din il-​ħarġa se jkun hemm xi tibdil fil-​mod kif se jibda jkun imqassam It-​Torri taʼ l-​Għassa. Qabel ma nispjegawlkom x’se jkun hemm differenti, ejja ngħidu x’se jibqaʼ l-​istess.

L-isem taʼ din ir-​rivista, It-​Torri taʼ l-​Għassa Jħabbar is-​Saltna taʼ Ġeħova, ma nbidilx. Għaldaqstant, It-​Torri taʼ l-​Għassa se jibqaʼ jonora lil Ġeħova bħala l-​Alla l-​veru u jfarraġ lill-​qarrejja bl-​aħbar tajba tas-​Saltna tiegħu. L-​artikli f’paġni 5 sa 9 taʼ din il-​ħarġa jiddiskutu x’inhi s-​Saltna u meta ġejja. Iktar minn hekk, It-​Torri taʼ l-​Għassa se jibqaʼ jinkuraġġixxi l-​fidi f’Ġesù Kristu, jappoġġa l-​verità Biblika, u jispjega t-​tifsir tal-​ġrajjiet dinjin bl-​għajnuna tal-​profeziji Bibliċi, bħalma ilu jagħmel għal ħafna snin.

Allura, x’se jkun hemm differenti? Ejja nispjegaw xi wħud mill-​aspetti interessanti li se jidhru fl-​edizzjoni li se jkollha d-​data taʼ l-​1 tax-​xahar.a

Kull xahar se jibdew jidhru diversi artikli li jqanqluk taħseb fil-​fond. L-​artiklu “Kont Taf?” se jagħti informazzjoni interessanti dwar iċ-​ċirkustanzi u affarijiet relatati oħrajn li se tixħet iżjed dawl fuq it-​tifsira taʼ rakkonti Bibliċi magħżulin. L-​artiklu “Ersaq Qrib Lejn Alla” se jenfasizza x’nistgħu nitgħallmu dwar Ġeħova minn ċerti siltiet speċifiċi mill-​Bibbja. L-​artiklu “Il-​Qarrejja Tagħna Jistaqsu” se jiddiskuti t-​tweġibiet għal mistoqsijiet komuni fuq il-​Bibbja. Per eżempju, ħafna nies staqsew, “Is-​Saltna t’Alla f’qalbek qiegħda?” Tistaʼ ssib it-​tweġiba f’paġna 13.

Xi artikli li se jidhru regolarment huma mfasslin apposta għall-​benefiċċju tal-​familja. L-​artiklu “Fatturi Essenzjali għall-​Hena fil-​Familja,” li se jidher erbaʼ darbiet fis-​sena, se jippreżenta sitwazzjonijiet reali taʼ problemi familjari u se juri kif il-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu jgħinu biex jingħelbu d-​diffikultajiet. “Għallem lil Uliedek,” artiklu għall-​ġenituri biex jaqrawh flimkien maʼ wliedhom, se jidher darba iva u darba le. Minfloku, se jkun hemm l-​artiklu “Għaż-​Żgħażagħ Tagħna,” li se jkun fih proġett taʼ studju tal-​Bibbja mmirat għaż-​żgħażagħ.

Xi artikli oħrajn se jidhru erbaʼ darbiet fis-​sena. “Imita l-​Fidi Tagħhom” se jinkuraġġina nimxu fuq l-​eżempju taʼ xi karattru Bibliku. Per eżempju, f’paġni 18 sa 21 taʼ din il-​ħarġa, se taqra rakkont kommoventi dwar il-​profeta Elija u se titgħallem kif nistgħu nimitaw il-​fidi tiegħu. L-​artiklu “Ittra Mingħand . . . ” se jagħtina rapport dirett mingħand missjunarji u oħrajn f’postijiet differenti fid-​dinja. “Dak li Nitgħallmu minn Ġesù” se jippreżenta tagħlim Bibliku bażiku b’mod sempliċi.

Aħna fiduċjużi li t-​Torri taʼ l-​Għassa se jibqaʼ jinteressa lill-​qarrejja li jirrispettaw il-​Bibbja u li jridu jkunu jafu dan il-​ktieb x’jgħallem verament. Hija t-​tama tagħna li din ir-​rivista tgħinek taqtaʼ l-​għatx għall-​verità Biblika.

IL-​PUBBLIKATURI

[Nota taʼ taħt]

a It-Torri taʼ l-​Għassa issa se jibda joħroġ f’żewġ edizzjonijiet. Bl-​Ingliż u b’xi lingwi oħrajn, il-​ħarġa bid-​data taʼ l-​1 tax-​xahar se tkun għall-​pubbliku ġenerali. Bil-​Malti, din il-​ħarġa se toħroġ darba kull tliet xhur. Għaldaqstant, għandu mnejn li mhux l-​aspetti kollha diskussi f’dan l-​artiklu jidhru fiha. Il-​ħarġa bid-​data tal-​15 tax-​xahar se tkun edizzjoni għall-​istudju li x-​Xhieda taʼ Ġeħova se jużaw fil-​laqgħat tagħhom tal-​kongregazzjoni, li huma miftuħin għall-​pubbliku.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja