LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w08 1/1 pp. 4-5
  • Talba li Qed Tingħad Madwar id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Talba li Qed Tingħad Madwar id-Dinja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Talba li M’Għandhiex Fruntieri Reliġjużi
  • “Mulej, Għallimna Nitolbu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Tiġi Saltnatek”—Talba Li Jgħiduha Miljuni taʼ Nies
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Il-Missierna—Dak li Tfisser Għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Għix fi qbil mat-talba mudell—L-1 parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
w08 1/1 pp. 4-5

Talba li Qed Tingħad Madwar id-​Dinja

IMMAĠINA mijiet taʼ miljuni, saħansitra biljuni, taʼ nies, ilkoll jitolbu għall-​istess ħaġa. Huma qed jitolbu lill-​ogħla awtorità fl-​univers biex iwettaq talba speċifika. Madankollu, ftit minnhom jafu eżatt x’inhi dik il-​ħaġa li qed jitolbu għaliha. Tistaʼ tassew tiġri xi ħaġa simili? Fil-​fatt, din tiġri kuljum. Għal xiex qed jitolbu dawn in-​nies kollha? Biex tiġi s-​Saltna t’Alla!

Skond kalkolu wieħed, hemm madwar 37,000 reliġjon li jsejħu lilhom infushom Kristjani u li jgħidu li Ġesù Kristu huwa l-​Mexxej tagħhom. Hemm iktar minn żewġ biljun membru f’dawn ir-​reliġjonijiet. Numru kbir minnhom jitolbu t-​talba magħrufa aħjar bħala t-​Talba tal-​Missierna. Tafha int din it-​talba? Bħalma Ġesù għallimha lis-​segwaċi tiegħu, din tibda hekk: “Missierna fis-​smewwiet, ħa jitqaddes ismek. Ħa tiġi saltnatek. Ħa jkun li trid int, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.”—Mattew 6:9, 10.

Għal sekli sħaħ, aduraturi rripetew b’devozzjoni dan il-​kliem fil-​knejjes. Ukoll, huma talbu din it-​talba kemm miġburin bħala familji u kemm b’mod individwali, kemm fi żmien favorevoli u kemm fi żmien t’għawġ. Huma qalu dan il-​kliem b’mod sinċier, saħansitra b’qalbhom kollha. Ħafna oħrajn tgħallmu dan il-​kliem bl-​amment u jirripetuh mingħajr lanqas biss jaħsbu xi jfisser. Dawn il-​membri tal-​Kristjaneżmu m’humiex l-​uniċi nies li jittamaw u jitolbu biex tiġi s-​Saltna t’Alla.

Talba li M’Għandhiex Fruntieri Reliġjużi

Talba magħrufa sew fir-​reliġjon Lhudija hija dik li ssir minn wieħed li jkun mietlu xi ħadd imsejħa l-​Kaddish. Għalkemm ftit li xejn għandha x’taqsam mal-​mewt jew man-​niket, din it-​talba spiss tingħad fi żmien il-​mewt taʼ xi ħadd maħbub. It-​talba tgħid: “Jalla hu [Alla] jistabbilixxi s-​Saltna tiegħu matul ħajtek . . . , malajr kemm jistaʼ jkun.”a Talba oħra tal-​qedem fis-​sinagoga titkellem dwar it-​tama tas-​Saltna tal-​Messija mid-​dar taʼ David.

Oħrajn li m’humiex taʼ reliġjon Kristjana għoġbithom l-​idea tas-​Saltna t’Alla. Skond The Times of India, mexxej reliġjuż Indjan, fis-​seklu 19, li kien prominenti u li kien interessat f’li jsib bażi komuni fir-​reliġjon tal-​Ħindu, tal-​Musulmani, u tal-​Kristjani, qal: “Is-​saltna vera t’Alla mhix se sseħħ qabel ma l-​lvant u l-​punent jingħaqdu flimkien.” U l-​kap taʼ kulleġġ Islamiku fi Strathfield, l-​Awstralja, reċentement kiteb lil gazzetta: “Bħall-​Musulmani kollha, jien nemmen [li] Ġesù se jirritorna u jistabbilixxi s-​Saltna vera t’Alla.”

Mingħajr dubju, dawk li issa qed jittamaw u jitolbu għas-​Saltna t’Alla jgħoddu bil-​biljuni. Iżda kkunsidra fenomenu interessanti.

X’aktarx taf li aħna x-​Xhieda taʼ Ġeħova, li nippubblikaw din ir-​rivista, immorru minn dar għal dar fil-​komunità tiegħek biex nieħdu sehem f’diskussjoni man-​nies dwar il-​Bibbja. Aħna qed nagħmlu dan ix-​xogħol madwar id-​dinja, f’236 pajjiż u f’iktar minn 400 lingwa. It-​tema prinċipali taʼ l-​ippridkar tagħna hi s-​Saltna t’Alla. Fil-​fatt, innota li t-​titlu sħiħ taʼ din ir-​rivista hu It-​Torri taʼ l-​Għassa Jħabbar is-​Saltna taʼ Ġeħova. Aħna spiss nistaqsu lin-​nies jekk huma jitolbux għal din is-​Saltna. Ħafna jwieġbu iva. Madankollu, meta jiġu mistoqsijin x’inhi dik is-​Saltna, il-​maġġorparti fil-​fatt iwieġbu, “Ma nafx.” Jew inkella t-​tweġiba tagħhom tkun vaga u mhux ċerta.

Għala daqstant nies jitolbu għal xi ħaġa li ma jistgħux jispjegawha? Huwa dan minħabba li s-​Saltna t’Alla hija konċett kumpless u vag? Le. Is-​Saltna hija spjegata bir-​reqqa u b’mod ċar fil-​Bibbja. Iktar minn hekk, il-​messaġġ tal-​Bibbja dwar is-​Saltna jistaʼ jagħtik tama vera f’dawn iż-​żminijiet taʼ inkwiet. Fl-​artiklu li jmiss se naraw kif il-​Bibbja tispjega din it-​tama. Imbagħad se naraw meta se titwieġeb it-​talba taʼ Ġesù biex tiġi s-​Saltna.

[Nota taʼ taħt]

a Bħat-talba mudell li ta Ġesù, it-​talba li ssir minn wieħed li jkun mietlu xi ħadd imsejħa Kaddish ukoll tgħid biex l-​isem t’Alla jiġi mqaddes. Waqt li hemm xi dibattiti dwar il-​kwistjoni jekk il-​Kaddish tmurx lura sa żmien Kristu jew saħansitra iktar qabel, m’għandniex inkunu sorpriżi li hemm xebh mat-​talba tal-​missierna. It-​talba taʼ Ġesù ma kinitx intenzjonata biex tkun xi ħaġa ġdida jew mhux tas-​soltu. Kull talba kienet ibbażata fis-​sod fuq l-​Iskrittura li f’dak iż-​żmien kienet disponibbli għal-​Lhud kollha. Ġesù kien qed jinkuraġġixxi lis-​segwaċi tiegħu li kienu Lhud bħalu biex jitolbu għall-​affarijiet li huma suppost kienu diġà qed jitolbu għalihom.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja