LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/13 p. 3
  • Serje t’Għajnuna għall-Ministeru Tagħna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Serje t’Għajnuna għall-Ministeru Tagħna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Serje Ġdida t’Artikli Biex Nibdew Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Qed Tużah bis-Sħiħ?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Serje Ġdida fit-Torri tal-Għassa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 11/13 p. 3

Serje t’Għajnuna għall-​Ministeru Tagħna

1. Liema żewġ miri għandha s-​serje “Konversazzjoni maʼ Ġara”?

1 Minn żmien għal żmien, l-​edizzjoni għall-​pubbliku tat-​Torri tal-​Għassa jkun fiha s-​serje “Konversazzjoni maʼ Ġara.” Din is-​serje għandha żewġ miri—biex tippreżenta t-​tagħlim tal-​Bibbja b’mod li jħajjar lil dak li jkun u biex turina kif nistgħu nirraġunaw bit-​tattika fuq ċerti suġġetti. (1 Pt. 3:15) Kif nistgħu nużaw dawn l-​artikli b’mod tajjeb?

2. Kif nistgħu nużaw din is-​serje t’artikli fil-​ministeru tagħna?

2 Użahom fil-​Ministeru: Forsi tistaʼ terfaʼ xi kopji taʼ ħarġiet tat-​Torri tal-​Għassa li fihom hemm artikli minn din is-​serje. Meta inkwilin, persuna interessata, jew student tal-​Bibbja jagħmel mistoqsija jew iqajjem oġġezzjoni li tkun dehret f’wieħed minn dawn l-​artikli, agħtih kopja taʼ dan l-​artiklu u offri li tiddiskutih miegħu. Jekk m’għandekx kopja stampata tar-​rivista li fiha kien hemm l-​artiklu, forsi tkun tistaʼ tniżżilha minn fuq jw.org/mt.

3. Kif nistgħu niddiskutu wieħed minn dawn l-​artikli maʼ inkwilin?

3 Kif tistaʼ tiddiskuti wieħed minn dawn l-​artikli maʼ xi ħadd? Xi wħud staqsew lil individwu jaqra b’leħen għoli l-​kliem tal-​ġar, filwaqt li huma jaqraw il-​kliem tax-​Xhud. Dan il-​metodu jistaʼ jkun effettiv għax iħalli lill-​individwu jeżamina t-​twemmin tagħna b’mod li ma jġegħlux iħossu skomdu.—Dt. 32:2.

4. Kif nistgħu nużaw l-​artikli f’din is-​serje biex inħarrġu lilna nfusna?

4 Ħarreġ Lilek Innifsek u lil Oħrajn: Hekk kif taqra dawn l-​artikli, agħti kas l-​iskritturi, it-​tixbihat, u l-​irraġunar. Innota l-​istil li bih inkiteb il-​materjal. Imbagħad ipprova metodu simili fil-​ministeru tiegħek. (Prov. 1:5; 9:9) Waħda oħt qalet, “Li taqra dawn l-​artikli hu bħallikieku qed titgħallem minn pijunier ‘perfett’—wieħed li dejjem jaf eżatt x’għandu jgħid!”

5. Kif nistgħu ngħinu ’l-​istudenti tal-​Bibbja tagħna jippreparaw għall-​ministeru?

5 Tistaʼ wkoll tuża dawn l-​eżempji bil-​miktub biex tgħin ’l-​istudenti tal-​Bibbja tiegħek jippreparaw għall-​ministeru. Aqraw l-​informazzjoni flimkien, u ħalli l-​istudent jagħmel il-​parti tal-​pubblikatur. B’dan il-​mod, l-​istudenti tal-​Bibbja jkunu jistgħu jipprattikaw kif jesprimu t-​twemmin tagħhom bit-​tattika. (Kol. 4:6) Dawn l-​artikli tassew huma wieħed mill-​modi kif Ġeħova jgħinna ‘nwettqu bis-​sħiħ’ il-​ministeru tagħna.—2 Tim. 4:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja