Serje Ġdida fit-Torri tal-Għassa
Fl-ewwel Sibt taʼ kull xahar, aħna konna qed nużaw artikli mis-serje “Tgħallem mill-Kelma t’Alla” fit-Torri tal-Għassa biex nibdew studji tal-Bibbja. Minn Jannar, minflok din is-serje se jkollna serje bit-titlu “Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin,” li se tidher fuq il-paġna taʼ wara tal-edizzjoni għall-pubbliku. Nistgħu nużaw “Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin” fil-ministeru bl-istess mod li konna nużaw “Tgħallem mill-Kelma t’Alla.” (km 12/10 p. 2) Bħal fil-passat, il-Ministeru tas-Saltna se jkun fih eżempju taʼ preżentazzjoni li nistgħu nużaw fl-ewwel Sibt tax-xahar.