LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 6 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 9/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Settembru

Għanja 204

10 min: Avviżi lokali. Staqsi lil dawk fl-​udjenza dwar liema artikli mir-​rivisti kurrenti l-​iktar li laqtu lin-​nies fit-​territorju lokali. Staqsihom liema mistoqsijiet u skritturi użaw biex jintroduċu l-​artikli. Ħejji turija taʼ kif kull rivista tistaʼ tiġi offruta.

15 min: Għin lill-​Istudenti tal-​Bibbja Jsiru Għalliema. Taħdita bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Jannar, 2007, paġni 29-30, paragrafi 14-20. Inkludi turija qasira taʼ pubblikatur li qed jispjega lill-​istudent ġdid tal-​Bibbja dwar it-​taħdita pubblika u l-​istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ kull ġimgħa u jistiednu biex jattendi.

20 min: Inkampaw mal-​Preġudizzju fil-​Ministeru Tagħna. Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq informazzjoni li ħarġet diġà fil-​pubblikazzjonijiet dwar kif il-​preġudizzju jistaʼ jeffettwa l-​ministeru tagħna. Spjega kif jistaʼ jingħeleb preġudizzju bħal dan. Xi drabi l-​kondotta tagħna stess, kemm fil-​ministeru taʼ l-​għalqa kif ukoll fl-​attivitajiet tagħna taʼ kuljum, tistaʼ tgħin ħafna biex jingħeleb il-​preġudizzju taʼ wħud li jkunu qed josservawna u tgħinhom jinteressaw ruħhom fil-​verità. Għalhekk huwa vitali li noqogħdu attenti kif nitkellmu u naġixxu l-​ħin kollu. (1 Pt. 2:12; 3:1, 2) Ipprepara minn qabel biex xi wħud jirrakkontaw esperjenzi lokali jew pubblikati li juru kif jistaʼ jiġi megħlub il-​preġudizzju.

Għanja 127

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Settembru

Għanja 94

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Avża dwar l-​arranġamenti tas-​servizz taʼ l-​għalqa għall-​festa pubblika li se taħbat nhar il-​Ħadd, 21 taʼ Settembru.

20 min: Kif Morna s-​Sena l-​Oħra? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza li tingħata mill-​indokratur tas-​servizz jew anzjan kwalifikat ieħor. Irrivedi l-​attività tal-​kongregazzjoni fil-​ministeru matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet, u ffoka fuq l-​affarijiet tajbin li twettqu. Agħti tifħir xieraq. Irranġa minn qabel biex pubblikatur jew tnejn jirrakkontaw kwalunkwe esperjenza inkuraġġanti li gawdew. Semmi punt jew tnejn li l-​kongregazzjoni għandha taħdem fuqhom fis-​sena li ġejja, u agħti suġġerimenti prattiċi biex ikun hemm titjib.

15 min: Kif Nistaʼ Niddefendi t-​Twemmin Tiegħi Dwar il-​Ħolqien? Taħdita bbażata fuq informazzjoni li ħarġet diġà fil-​pubblikazzjonijiet. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif huma ddefendew it-​twemmin tagħhom fil-​ħolqien meta kienu l-​iskola, fuq ix-​xogħol, u f’postijiet oħrajn. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.

Għanja 51

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Settembru

Għanja 104

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet. Iddiskuti l-​ittra mill-​uffiċċju lokali li qiegħda f’paġna 1.

20 min: Hemm Premju għall-​Attività Tiegħek. Taħdita bbażata fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’April, 2005, minn paġna 28, paragrafu 6, sa l-​aħħar taʼ paġna 29. Inkludi intervista qasira taʼ pubblikatur żeluż jew tnejn dwar kif Ġeħova pprovdielhom il-​bżonnijiet materjali jew emozzjonali.

15 min: Ipprepara Biex Toffri t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru. Spjega fil-​qosor x’fihom ir-​rivisti u staqsi lil dawk fl-​udjenza dwar liema artikli għandhom mnejn l-​iktar jolqtu lin-​nies fit-​territorju. Liema mistoqsijiet u skritturi nistgħu nużaw biex nintroduċu l-​artikli? Uri kif turija mill-​eżempji taʼ preżentazzjonijiet mill-​Ministeru tas-​Saltna tistaʼ tiġi użata. Staqsi wieħed mill-​anzjani biex jippreżenta turija qasira li hu jkun ipprepara bbażata fuq artiklu li jkun adattat għat-​territorju lokali.

Għanja 190

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Settembru

Għanja 45

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz għal Settembru. Irranġa minn qabel biex pubblikatur jew tnejn jirrakkontaw esperjenzi inkuraġġanti li kellhom meta taw xiehda informali huma u jattendu l-​konvenzjoni distrettwali, waqt btala, jew f’okkażjonijiet oħrajn matul ix-​xhur tas-​sajf.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Kampanja b’Fuljett Speċjali mill-​20 t’Ottubru sas-​16 taʼ Novembru!”a Jekk il-​fuljetti jkunu disponibbli, qassam kopja lil kulħadd fl-​udjenza. Meta tikkunsidra paragrafu 2, irrivedi fil-​qosor dak li fih il-​fuljett. Meta tikkunsidra paragrafu 4, uri kif jistaʼ jitqassam il-​fuljett. Meta tikkunsidra paragrafu 5, ħejji turija taʼ pubblikatur li juża l-​fuljett biex jibda studju tal-​Bibbja meta jagħmel żjara lura.

Għanja 9

Ġimgħa li Tibda 6 t’Ottubru

Għanja 15

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Inkludi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju, 2005, paġni 20-22, paragrafi 10-16.

20 min: “Għallem lil Oħrajn Iħobbu lil Ġeħova.”b Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar l-​iskritturi ċitati.

Għanja 132

[Noti taʼ Taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja