Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’Ottubru, 2008. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-1 taʼ Settembru sas-27 t’Ottubru, 2008.
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Meta għandek tippreparaha l-introduzzjoni tiegħek? [ht pġ. 18 par. 7]
2. Kif nistgħu niddeterminaw jekk l-introduzzjoni tkunx taʼ tul xieraq? [ht pġ. 19 pari. 11, 13]
3. Il-kelliemi kif jistaʼ jadatta ruħu skond il-bżonn meta jkun qed jitkellem? [ht pġ. 21 par. 4]
4. Għala huwa essenzjali li l-volum ikun xieraq għall-materjal? [ht pġ. 23 par. 12]
5. Il-pawsi għala huma importanti daqs li wieħed jitkellem b’volum għoli biżżejjed? [ht pġ. 23 par. 13]
INKARIGU NRU. 1
6. F’liema sens l-irxoxt huwa parti mid-“duttrina elementari”? [wt pġ. 80 par. 4]
7. B’kuntrast mal-ħakmiet umani, għala l-gvern t’Alla se jibqaʼ? [wt pġ. 94 par. 8]
8. Il-perfezzjoni fil-moħħ u l-ġisem kif se sseħħ għas-sudditi tas-Saltna? [wt pġ. 96 par. 12]
9. Xi rridu nagħmlu biex nevitaw li naqgħu fin-nassa tal-materjaliżmu? [wt pġ. 104 par. 6]
10. Pawlu kif poġġa s-Saltna l-ewwel f’ħajtu waqt li kien jieħu ħsieb il-bżonnijiet fiżiċi tiegħu? [wt pġ. 105 par. 9]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Xi jfisser li bniedem mill-agħar jingħata “f’idejn Satana għall-qerda tal-laħam, sabiex l-ispirtu jiġi salvat”? (1 Kor. 5:5) [w08 7/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ittri lill-Korintin”]
12. Kemm-il “darba” għandha tiġi kommemorata l-mewt taʼ Ġesù, u “sakemm”? (1 Kor. 11:26) [w08 7/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ittri lill-Korintin”]
13. Liema viżjoni tissemma fit-2 Korintin 12:2-4 u min probabbilment esperjenzaha? [w04 10/15 pġ. 8 par. 4; pġ. 10 par. 9]
14. Pawlu għala xebbah il-Liġi taʼ Mosè maʼ persuna li “tmexxina qisna tfal lejn Kristu”? (Gal. 3:24) [w08-E 3/1 pari. 18-21]
15. Pawlu x’ried ifisser meta talab biex ‘l-ispirtu u r-ruħ u l-ġisem taʼ l-aħwa jkunu sħaħ’? (1 Tess. 5:23) [w08 9/15 “Il-Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-Ittri lit-Tessalonikin u lil Timotju”]