Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għall-1-19 t’Ottubru: Ir-rivisti Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess, ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf Iżjed dwar il-Bibbja? bil-mira li tibda studju tal-Bibbja. 20 t’Ottubru–16 taʼ Novembru: Kampanja speċjali bit-tqassim tal-fuljett il-ġdid Tixtieq Tkun Taf il-Verità? 17-30 taʼ Novembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Agħmel sforz diliġenti biex tibda studji tal-Bibbja. Diċembru: Offri l-ktieb L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk xi individwi jgħidu li għandhom it-tfal, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jannar 2009: Offri l-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini jkollhom il-ktieb diġà, imbagħad offri pubblikazzjoni iktar antika li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżuna. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx iżżejjed minn xi kotba antiki.
◼ Minħabba li Novembru fih ħames Sibtijiet u Ħdud, ikun xahar eċċellenti biex wieħed jaqdi bħala pijunier awżiljarju.
◼ Nota lill-indokratur li jippresiedi u lill-indokratur taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku: L-iskeda l-ġdida tal-laqgħat tal-kongregazzjoni tibda mill-ġimgħa tad-29 taʼ Diċembru, 2008, u l-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 2008 se turi li din l-iskeda ġiet irranġata. Meta tkun qed tikkonduċi r-Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għal dik il-ġimgħa, kun ċert li żżomm maʼ l-istruzzjonijiet fir-Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku fl-Iskeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2009. Dakinhar mhux se jkun hemm konsiderazzjoni tal-kwalità tad-diskors.
◼ Il-programm tal-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Xejn Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida) se jiġi kunsidrat f’Laqgħa tas-Servizz f’Jannar. Jekk ikun hemm bżonn taʼ kopji għandhom jiġu ordnati fil-kongregazzjoni kemm jistaʼ jkun malajr.