LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/08 pp. 3-6
  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2009

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2009
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • ISTRUZZJONIJIET
  • SKEDA
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 10/08 pp. 3-6

Skeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2009

ISTRUZZJONIJIET

Dawn li ġejjin se jkunu l-​arranġamenti għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul l-​2009.

MATERJAL BĦALA SORS: Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa [bi12], Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir [lr], u Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni [td].

L-iskola trid tibda FIL-​ĦIN b’kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif inhu mniżżel hawn taħt. Wara kull taħdita, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jintroduċi t-​taħdita li jmiss.

PUNTI PRINĊIPALI MILL-​QARI TAL-​BIBBJA: 10 minuti. Fl-​ewwel erbaʼ minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid jikkunsidra punti Skritturali mill-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa. L-​eċċezzjoni għal dan se tkun meta l-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa jibda bl-​ewwel kapitlu taʼ ktieb Bibliku. Meta jiġri hekk, il-​materjal għall-​ewwel erbaʼ minuti għandu jittieħed mill-​artikli “Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja” li bdew fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2004. Per eżempju, l-​ewwel ħames kapitli tal-​Ġenesi se jiġu kunsidrati fil-​ġimgħa tal-​5 taʼ Jannar, għalhekk, il-​kelliemi għandu jagħżel ftit punti prinċipali mill-​ewwel paragrafi fl-​artiklu “Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja—Punti Prinċipali mill-​Ktieb tal-​Ġenesi” fit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2004, paġni 28-31. Għandu japplika l-​materjal b’tali mod li jkun taʼ benefiċċju għall-​kongregazzjoni. Kemm jekk ikun qed jiddiskuti l-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa jew punti mill-​artiklu “Il-​Kelma taʼ Ġeħova Hi Ħajja,” l-​objettiv prinċipali huwa li l-​udjenza tiġi megħjuna tapprezza għala u kif l-​informazzjoni hija taʼ valur. Il-​kelliemi għandu joqgħod attent li ma jaqbiżx l-​erbaʼ minuti mwarrbin apposta għall-​parti tal-​ftuħ. Għandu jaċċerta ruħu li jwarrab sitt minuti ħalli l-​udjenza toffri kummenti qosra taʼ xi 30 sekonda jew inqas dwar dak li apprezzaw fil-​qari tal-​Bibbja taʼ dik il-​ġimgħa. Imbagħad, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jibgħat lill-​istudenti li huma inkarigati fi skejjel oħrajn.

INKARIGU NRU. 1: 4 minuti jew inqas. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. L-​istudent irid jaqra l-​materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-​istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-​sens, bil-​modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.

INKARIGU NRU. 2: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil xi oħt. L-​istudenta jew se tingħata setting jew inkella tistaʼ tagħżel wieħed hi stess. L-​istudenta għandha tuża t-​tema assenjata u tapplikaha f’aspett tas-​servizz taʼ l-​għalqa b’mod li jkun realistiku u prattiku għat-​territorju lokali. Meta ebda referenza ma tiġi indikata bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudenta jkollha bżonn tiġbor il-​materjal għal din it-​taħdita billi tagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet tagħna. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun partikolarment interessat fil-​mod kif l-​istudenta tiżviluppa l-​materjal u l-​mod kif tgħin lill-​inkwilina tirraġuna mill-​Iskrittura u tifhem il-​punti prinċipali tal-​preżentazzjoni. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jinkariga assistenta waħda.

INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan jistaʼ jkun assenjat lil ħu jew oħt. L-​istudent irid jiżviluppa t-​tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudent se jkollu bżonn jiġbor il-​materjal għal din it-​taħdita billi jagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet tagħna. Meta din it-​taħdita tiġi assenjata lil ħu, dan irid jagħtiha bħala taħdita bl-​udjenza tas-​Sala tas-​Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat għal Inkarigu Nru. 2. Jekk jogħġbok innota li t-​temi b’asterisk ħdejhom għandhom dejjem jingħataw lil aħwa rġiel biex jiġu żviluppati bħala taħditiet, u kulmeta jkun possibbli, għandu jintuża anzjan jew qaddej ministerjali.

PARIRI: Minuta sa tnejn. L-​indokratur taʼ l-​iskola m’għandux iħabbar bil-​quddiem il-​kwalità tad-​diskors li l-​istudent ikun qed jaħdem fuqha. Wara li jingħataw l-​Inkarigi Nru. 1, Nru. 2, u Nru. 3, l-​indokratur taʼ l-​iskola jrid jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-​taħdita li kien taʼ min ifaħħru, billi jiġbed l-​attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-​aspett tal-​preżentazzjoni kien effettiv u billi jirreferi spiss għall-​ktejjeb Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem. Skond il-​bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-​laqgħa jew f’ħin ieħor.

IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-​ħin, u lanqas il-​ħu li jagħti l-​parir m’għandu jagħmel dan. L-​Inkarigi Nru. 1, Nru. 2, u Nru. 3 jridu jitwaqqfu bit-​tattika meta jkun sar il-​ħin. Jekk l-​aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu l-​punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja jaqbżu l-​ħin, għandhom jingħataw parir fil-​privat. Kulħadd għandu joqgħod attent sew għall-​ħin tiegħu. Il-​programm sħiħ: 30 minuta.

IL-FORMOLA TAL-​PARIRI: Fil-​ktejjeb Kif Ittejjeb l-​Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.

AJJUTANT LI JAGĦTI L-​PARIRI: Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-​indokratur taʼ l-​iskola, biex jieħu ħsieb l-​inkarigu t’ajjutant li jagħti l-​pariri. Jekk hemm għadd t’anzjani fil-​kongregazzjoni, f’dan il-​każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-​inkarigu kull sena. Ir-​responsabbiltà taʼ l-​ajjutant li jagħti l-​pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-​pariri fil-​privat lill-​aħwa li jieħdu ħsieb il-​punti prinċipali mill-​Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-​taħditiet li jingħataw minn sħabu l-​anzjani jew il-​qaddejja ministerjali.

REVIŻJONI TAʼ L-​ISKOLA TAL-​MINISTERU TEOKRATIKU: 20 minuta. Kull xahrejn, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jikkonduċi reviżjoni. Qabilha se jkun hemm il-​punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja bħalma hu msemmi iktar kmieni. Ir-​reviżjoni se tkun ibbażata fuq il-​materjal li jkun ġie kunsidrat fl-​iskola matul ix-​xahrejn taʼ qabel, inkluż il-​ġimgħa kurrenti. Jekk il-​kongregazzjoni tiegħek għandha l-​assemblea tas-​circuit jew iż-​żjara taʼ l-​indokratur tas-​circuit fil-​ġimgħa tar-​Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, allura r-​reviżjoni għandha ssir il-​ġimgħa taʼ wara u għandhom jintużaw l-​Inkarigi Nru. 1, Nru. 2, u Nru. 3 tal-​ġimgħa taʼ wara. M’għandu jkun hemm ebda tibdil fl-​iskeda tal-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa jew tal-​punti prinċipali mill-​Bibbja.

SKEDA

5 taʼ Jan. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 1-5

Nru. 1: Ġenesi 3:1-15

Nru. 2: Għala Ġesù Kien Għalliem Kbir (lr kap. 1)

Nru. 3: X’Mhuwiex Għalxejn? (1 Kor. 15:58)

12 taʼ Jan. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 6-10

Nru. 1: Ġenesi 9:1-17

Nru. 2: Xi Jfisser “l-​Aħħar tad-​Dinja” (td 1A)

Nru. 3: Ittra Mingħand Alla li Jħobb (lr kap. 2)

19 taʼ Jan. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 11-16

Nru. 1: Ġenesi 14:1-16

Nru. 2: Dak li Għamel l-​Affarijiet Kollha (lr kap. 3)

Nru. 3: Ġeħova Kif Isawwarna? (Is. 64:8)

26 taʼ Jan. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 17-20

Nru. 1: Ġenesi 17:1-17

Nru. 2: Ibqaʼ Mqajjem Spiritwalment għas-​Sinjali taʼ l-​Aħħar Jiem (td 1B)

Nru. 3: Alla Għandu Isem (lr kap. 4)

2 taʼ Frar Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 21-24

Nru. 1: Ġenesi 22:1-18

Nru. 2: “Dan Hu Ibni” (lr kap. 5)

Nru. 3: a Modi Kif Nistgħu Nitwessgħu fl-​Imħabba Tagħna għal Oħrajn (2 Kor. 6:11-13)

9 taʼ Frar Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 25-28

Nru. 1: Ġenesi 25:1-18

Nru. 2: L-​Għalliem il-​Kbir Qeda lil Nies Oħrajn (lr kap. 6)

Nru. 3: Għala Alla Ma Japprovax il-​Qima lill-​Antenati (td 2A)

16 taʼ Frar Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 29-31

Nru. 1: Ġenesi 29:1-20

Nru. 2: Għala M’Għandniex ‘Nibqgħu Nkunu Ansjużi’ (Mt. 6:25)

Nru. 3: L-​Ubbidjenza Tipproteġik (lr kap. 7)

23 taʼ Frar Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 32-35

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

2 taʼ Mar. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 36-39

Nru. 1: Ġenesi 39:1-16

Nru. 2: Hemm Oħrajn li Huma Akbar Minna (lr kap. 8)

Nru. 3: Il-​Bnedmin Jistgħu Jiġu Onorati, Imma Alla Biss Meqjum (td 2B)

9 taʼ Mar. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 40-42

Nru. 1: Ġenesi 40:1-15

Nru. 2: Ma Rridux Inċedu għat-​Tentazzjonijiet (lr kap. 9)

Nru. 3: b Għasses Kontra Spirtu Indipendenti!

16 taʼ Mar. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 43-46

Nru. 1: Ġenesi 44:1-17

Nru. 2: Il-​Qawwa taʼ Ġesù fuq id-​Demonji (lr kap. 10)

Nru. 3: Armageddon—Il-​Gwerra li Se Ttemm il-​Ħażen (td 3A)

23 taʼ Mar. Qari tal-​Bibbja: Ġenesi 47-50

Nru. 1: Ġenesi 48:1-16

Nru. 2: Għandna Nibżgħu mix-​Xitan?

Nru. 3: Għajnuna Mingħand l-​Anġli t’Alla (lr kap. 11)

30 taʼ Mar. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 1-6

Nru. 1: Eżodu 1:1-19

Nru. 2: Ġesù Jgħallimna Nitolbu (lr kap. 12)

Nru. 3: Għala Armageddon Hija Att taʼ Mħabba Minn Alla (td 3B)

6 t’Apr. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 7-10

Nru. 1: Eżodu 9:1-19

Nru. 2: Dawk li Saru d-​Dixxipli taʼ Ġesù (lr kap. 13)

Nru. 3: c Kif Nistgħu Nsibu Qbil Bejn Galatin 6:2 u Galatin 6:5?

13 t’Apr. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 11-14

Nru. 1: Eżodu 12:21-36

Nru. 2: Għala Għandna Naħfru (lr kap. 14)

Nru. 3: L-​Art—Maħluqa Biex Tkun Ġenna (td 4A)

20 t’Apr. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 15-18

Nru. 1: Eżodu 15:1-19

Nru. 2: X’Hemm Involut f’li Nżommu ’l Bogħod mill-​Qima Falza?

Nru. 3: Nitgħallmu Nuru Qalb Tajba (lr kap. 15)

27 t’Apr. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 19-22

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

4 taʼ Mej. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 23-26

Nru. 1: Eżodu 24:1-18

Nru. 2: X’Inhu Verament Importanti? (lr kap. 16)

Nru. 3: Il-​Ħajja fuq l-​Art Qatt Ma Se Tintemm (td 4B)

11 taʼ Mej. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 27-29

Nru. 1: Eżodu 29:1-18

Nru. 2: Kif Tkun Ferħan (lr kap. 17)

Nru. 3: d Lealtà Mhix f’Lokha u l-​Perikli Tagħha

18 taʼ Mej. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 30-33

Nru. 1: Eżodu 31:1-18

Nru. 2: Il-​Bibbja Hija l-​Kelma Mnebbħa t’Alla (td 5A)

Nru. 3: Int Tiftakar Tgħid Grazzi? (lr kap. 18)

25 taʼ Mej. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 34-37

Nru. 1: Eżodu 37:1-24

Nru. 2: Huwa Sew li Tiġġieled? (lr kap. 19)

Nru. 3: e Xi Tfisser il-​Permissività, u Għala Għandna Nevitawha?

1 taʼ Ġun. Qari tal-​Bibbja: Eżodu 38-40

Nru. 1: Eżodu 40:1-19

Nru. 2: Int Dejjem Trid Tkun l-​Ewwel? (lr kap. 20)

Nru. 3: Il-​Bibbja—Gwida Prattika Għal Żmienna (td 5B)

8 taʼ Ġun. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 1-5

Nru. 1: Levitiku 4:1-15

Nru. 2: Għandna Niftaħru b’Xi Ħaġa? (lr kap. 21)

Nru. 3: f Il-​Kristjani Kif Għandhom Jeżerċitaw l-​Awtorità?

15 taʼ Ġun. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 6-9

Nru. 1: Levitiku 8:1-17

Nru. 2: Il-​Bibbja—Ktieb għan-​Nies Kollha (td 5Ċ)

Nru. 3: Għala M’Għandniex Nigdbu (lr kap. 22)

22 taʼ Ġun. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 10-13

Nru. 1: Levitiku 11:29-45

Nru. 2: Għala n-​Nies Jimirdu (lr kap. 23)

Nru. 3: Barkiet li Jgawdu Dixxipli Mgħammdin

29 taʼ Ġun. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 14-16

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

6 taʼ Lul. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 17-20

Nru. 1: Levitiku 19:1-18

Nru. 2: It-​Trasfużjonijiet tad-​Demm Imorru Kontra l-​Qdusija tad-​Demm (td 6A)

Nru. 3: Qatt Issir Ħalliel! (lr kap. 24)

13 taʼ Lul. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 21-24

Nru. 1: Levitiku 22:17-33

Nru. 2: Dawk li Jagħmlu Affarijiet Ħżiena Jistgħu Jinbidlu? (lr kap. 25)

Nru. 3: Kif Kristjani Veri Juru Interess għall-​Foqra

20 taʼ Lul. Qari tal-​Bibbja: Levitiku 25-27

Nru. 1: Levitiku 25:39-54

Nru. 2: Għala Hu Diffiċli li Tagħmel it-​Tajjeb (lr kap. 26)

Nru. 3: Il-​Ħajja taʼ Dak li Jkun Għandha Tiġi Salvata Akkost taʼ Kollox? (td 6B)

27 taʼ Lul. Qari tal-​Bibbja: Numri 1-3

Nru. 1: Numri 3:1-20

Nru. 2: Għala l-​Ħlewwa Tirrikjedi r-​Rażna

Nru. 3: Min Hu Alla Tiegħek? (lr kap. 27)

3 t’Awis. Qari tal-​Bibbja: Numri 4-6

Nru. 1: Numri 4:1-16

Nru. 2: Kif Tkun Taf lil Min Trid Tobdi (lr kap. 28)

Nru. 3: Il-​Bniedem M’Huwiex Predestinat (td 7A)

10 t’Awis. Qari tal-​Bibbja: Numri 7-9

Nru. 1: Numri 9:1-14

Nru. 2: Kull Party Jogħġob lil Alla? (lr kap. 29)

Nru. 3: Modi li Bihom Nuru Lealtà Lejn Ġeħova

17 t’Awis. Qari tal-​Bibbja: Numri 10-13

Nru. 1: Numri 13:17-33

Nru. 2: Għajnuna Biex Ma Nibżgħux (lr kap. 30)

Nru. 3: X’Inhu d-​Dnub (td 8A)

24 t’Awis. Qari tal-​Bibbja: Numri 14-16

Nru. 1: Numri 14:26-43

Nru. 2: Xi Jfisser li Nħobbu l-​Liġi t’Alla? (Salm 119:97)

Nru. 3: Fejn Tistaʼ Ssib il-​Faraġ (lr kap. 31)

31 t’Awis. Qari tal-​Bibbja: Numri 17-21

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

7 taʼ Sett. Qari tal-​Bibbja: Numri 22-25

Nru. 1: Numri 22:20-35

Nru. 2: Kif Ġesù Ġie Protett (lr kap. 32)

Nru. 3: Għala l-​Bnedmin Kollha Jbatu mid-​Dnub taʼ Adam (td 8B)

14 taʼ Sett. Qari tal-​Bibbja: Numri 26-29

Nru. 1: Numri 27:1-14

Nru. 2: X’Inhi l-​Gwida Mentali, u Għala Hija Importanti? (Efes. 6:4)

Nru. 3: Ġesù Jistaʼ Jipproteġina (lr kap. 33)

21 taʼ Sett. Qari tal-​Bibbja: Numri 30-32

Nru. 1: Numri 32:1-15

Nru. 2: X’Jiġri Jekk Immutu? (lr kap. 34)

Nru. 3: X’Kienet il-​Frotta Projbita? (td 8Ċ)

28 taʼ Sett. Qari tal-​Bibbja: Numri 33-36

Nru. 1: Numri 33:1-23

Nru. 2: Nistgħu Nqumu mill-​Mewt! (lr kap. 35)

Nru. 3: Modi li Bihom is-​Saltna t’Alla Hija Superjuri għall-​Gvernijiet Umani Kollha

5 t’Ott. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 1-3

Nru. 1: Dewteronomju 2:1-15

Nru. 2: X’Inhu d-​Dnub Kontra l-​Ispirtu Qaddis? (td 8D)

Nru. 3: Min Se Jiġi Rxoxtat? Fejn Se Jgħixu? (lr kap. 36)

12 t’Ott. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 4-6

Nru. 1: Dewteronomju 4:15-28

Nru. 2: Niftakru f’Ġeħova u f’Ibnu (lr kap. 37)

Nru. 3: Meta Jistaʼ Jingħad li Aħjar Ftit? (Prov. 15:16)

19 t’Ott. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 7-10

Nru. 1: Dewteronomju 9:1-14

Nru. 2: Għala Għandna Nħobbu lil Ġesù (lr kap. 38)

Nru. 3: Kemm Hu Importanti l-​Fejqan Spiritwali? (td 9A)

26 t’Ott. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 11-13

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

2 taʼ Nov. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 14-18

Nru. 1: Dewteronomju 15:1-15

Nru. 2: X’Jinvolvi l-​Biżaʼ Minn Alla?

Nru. 3: Alla Jiftakar f’Ibnu (lr kap. 39)

9 taʼ Nov. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 19-22

Nru. 1: Dewteronomju 22:1-19

Nru. 2: Kif Tferraħ lil Alla (lr kap. 40)

Nru. 3: Is-​Saltna t’Alla—Il-​Mezz li Jġib Fejqan Fiżiku Permanenti (td 9B)

16 taʼ Nov. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 23-27

Nru. 1: Dewteronomju 25:1-16

Nru. 2: Tfal li Jferrħu lil Alla (lr kap. 41)

Nru. 3: g Liema Affarijiet Għandna Nqisuhom Sagri?

23 taʼ Nov. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 28-31

Nru. 1: Dewteronomju 30:1-14

Nru. 2: Għala Għandna Bżonn Naħdmu (lr kap. 42)

Nru. 3: Il-​Fejqan bil-​Fidi fi Żmienna M’Huwiex Ġej Minn Alla (td 9Ċ)

30 taʼ Nov. Qari tal-​Bibbja: Dewteronomju 32-34

Nru. 1: Dewteronomju 32:1-21

Nru. 2: X’Inhu l-​“Jum il-​Kbir taʼ Ġeħova”? (Sof. 1:14)

Nru. 3: Min Huma Ħutna? (lr kap. 43)

7 taʼ Diċ. Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 1-5

Nru. 1: Ġożwè 5:1-15

Nru. 2: Il-​Ħbieb Tagħna Għandhom Iħobbu lil Alla (lr kap. 44)

Nru. 3: X’Inhi s-​Saltna t’Alla? Kif Nuru li Rriduha (lr kap. 45)

14 taʼ Diċ. Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 6-8

Nru. 1: Ġożwè 8:1-17

Nru. 2: Dilluvju Jeqred Dinja—Se Jerġaʼ Jiġri Hekk? (lr kap. 46)

Nru. 3: Ekkleżjasti 7:21, 22 Għala Huwa Parir Prattiku?

21 taʼ Diċ. Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 9-11

Nru. 1: Ġożwè 9:1-15

Nru. 2: Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-​Qrib (lr kap. 47)

Nru. 3: Id-​Dinja l-​Ġdida t’Alla Mimlija Paċi—Int Tistaʼ Tgħix Fiha (lr kap. 48)

28 taʼ Diċ. Qari tal-​Bibbja: Ġożwè 12-15

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

[Noti taʼ taħt]

a Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

b Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

c Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

d Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

e Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

f Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

g Biex tingħata minn aħwa rġiel biss, preferibbilment minn xi anzjan jew qaddej ministerjali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja