Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Jannar
ĠIMGĦA LI TIBDA 12 TAʼ JANNAR
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
□ L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġenesi 6-10
Nru. 1: Ġenesi 9:1-17
Nru. 2: Xi Jfisser “l-Aħħar tad-Dinja” (td 1A)
Nru. 3: Ittra Mingħand Alla li Jħobb (lr kap. 2)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi lokali.
10 min: Il-Valur t’Attitudni Pożittiva fil-Ministeru Tagħna. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Ġesù ħallielna eżempju tajjeb għaliex hu kien iqis lil dawk li kien jippriedka bħala nagħaġ li kellhom bżonn l-għajnuna. (Mt. 9:36-38) Għalkemm Ananija għall-ewwel beda jibżaʼ jmur iżur lil Sawl, x’għenu biex ibiddel l-attitudni tiegħu? (Atti 9:13-15) Il-mod kif Ananija kellem lil Sawl kif jindika attitudni pożittiva min-naħa tiegħu? (Atti 9:17) X’raġunijiet għandna biex inkellmu lin-nies fit-territorju tagħna b’attitudni pożittiva? Attitudni pożittiva kif se tagħmel il-ministeru tagħna iktar effettiv? Fil-qosor, intervista pubblikatur jew tnejn li l-attitudni pożittiva li għandhom wasslithom biex ikollhom riżultati tajbin fil-ministeru tagħhom.
10 min: Kif Nużaw il-Ktieb Reasoning From the Scriptures. Taħdita li tingħata mill-indokratur tas-servizz jew anzjan ieħor ibbażata fuq il-ktieb Reasoning, paġni 7-8.
10 min: “Kif Se Jisimgħu?”a
[Nota taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.