Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għall-1-10 taʼ Settembru: Kampanja biex nirreklamaw il-Konvenzjoni Distrettwali billi nużaw il-fuljett Kif Tistaʼ Tibqaʼ Ħaj fl-Aħħar tad-Dinja? 11-30 taʼ Settembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Kulfejn ikun possibbli l-pubblikaturi se jagħmlu ħilithom biex jibdew studji tal-Bibbja fl-ewwel żjara meta din il-pubblikazzjoni titħalla għand l-inkwilin. Uri kif l-inkwilini jistgħu jibbenefikaw minnha billi tagħmel turija qasira taʼ studju tal-Bibbja. Ottubru: Ir-rivisti t-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess ippreżenta u ddiskuti l-fuljett Tixtieq Tkun Taf il-Verità? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-fuljett, il-pubblikaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew studju tal-Bibbja. Novembru: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-ktieb, il-pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-1995. Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-tfal fid-dar, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir.
◼ It-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tat-Tifkira 2010 se tingħata matul il-ġimgħa tat-12 t’April, 2010. Is-suġġett tat-taħdita se jitħabbar iktar ’il quddiem. Dawk il-kongregazzjonijiet li se jkollhom iż-żjara tal-indokratur tas-circuit jew xi assemblea f’dak it-tmiem tal-ġimgħa se jkollhom it-taħdita speċjali l-ġimgħa taʼ wara. L-ebda kongregazzjoni m’għandu jkollha t-taħdita speċjali qabel it-12 t’April.
◼ Minħabba l-fatt li bħalissa m’hemm l-ebda provvediment għal divorzju legali f’Malta, kwalunkwe mistoqsija rigward żwieġ mill-ġdid fuq bażi Skritturali jew id-Dikjarazzjoni li Twiegħed Fedeltà għandha tiġi diretta lill-ġemgħa tal-anzjani. L-anzjani min-naħa tagħhom se jirrivedu l-ittra lill-ġemgħat tal-anzjani kollha bid-data 31 taʼ Diċembru, 2008 u jiktbu lill-uffiċċju lokali qabel ma jwieġbu kwalunkwe mistoqsija.