Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
F’Mejju kellna l-pjaċir naraw total taʼ 579 pubblikatur iqattgħu 9,014-il siegħa fil-ministeru tal-għalqa. Huma għamlu wkoll 3,258 żjara lura, 269 iktar minn Mejju tas-sena l-oħra. Matul din is-sena taʼ servizz, total taʼ 17-il persuna ssimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom billi tgħammdu. Aħna ċerti li Ġeħova japprezza dak kollu li jsir fil-ministeru ladarba Hu jqis ix-xogħol tal-ippritkar u t-tagħlim tagħna bħala “l-iktar xogħol importanti li kwalunkwe wieħed minna jistaʼ jagħmel f’din id-dinja.”—jv-E pġ. 292, paragrafu 4.