LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/09 p. 4
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Il-Ministeru tas-Saltna—2009
km 10/09 p. 4

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-​rivisti It-​Torri tal-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-​interess ippreżenta u ddiskuti l-​fuljett Tixtieq Tkun Taf il-​Verità? Jekk l-​inkwilini diġà għandhom il-​fuljett, il-​pubblikaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jibdew studju tal-​Bibbja. Novembru: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini diġà għandhom il-​ktieb, il-​pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-​kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-​1995. Diċembru: L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-​tfal fid-​dar, offri l-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Jannar 2010: Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-​inkwilini diġà għandhom il-​ktieb, il-​pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-​kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-​1995.

◼ L-​Iskeda tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku taʼ kull sena mhijiex se tibqaʼ tiġi provduta bħala insert fil-​Ministeru tas-​Saltna. Minflok, kull kongregazzjoni se tirċievi l-​iskeda tas-​sena, u kopja waħda tal-​iskeda għandha titwaħħal man-​notice board fis-​Sala tas-​Saltna. L-​indokratur tal-​iskola se jżomm kopja oħra biex jużaha meta jqassam l-​inkarigi. Il-​pubblikaturi se jkomplu jirċievu l-​kopja persunali tagħhom tal-​Ministeru tas-​Saltna kull xahar, u se jkun fiha l-​iskeda tal-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni, tal-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, u tal-​Laqgħa tas-​Servizz taʼ kull ġimgħa.

◼ Mill-​ġimgħa li tibda fl-​1 taʼ Marzu 2010, se nistudjaw il-​ktieb “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi” fl-​Istudju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni. Il-​kongregazzjonijiet li għandhom bżonn provvista taʼ dan il-​ktieb għandhom jagħmlu l-​ordni fir-​rikjesta tal-​letteratura li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja