Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
Fir-rapport taʼ Mejju kien hemm żjieda taʼ 3 fil-mija fil-pubblikaturi meta mqabbla mal-medja taʼ pubblikaturi tas-sena l-oħra, jiġifieri kellna total taʼ 579 pubblikatur. Minn dan it-total, 12 kienu pijunieri speċjali jew missjunarji, 33 kienu pijunieri regulari, u 3 kienu pijunieri awżiljarji. B’kollox, saru 261 studju tal-Bibbja fid-djar. Jekk jogħġobkom ibqgħu ibagħtulna kwalunkwe esperjenza interessanti li tistaʼ tintuża fil-pubblikazzjonijiet jew f’xi programm tal-assemblea.