Skeda għall-Ġimgħa tal-21 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA 21 TAʼ DIĊEMBRU
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
lv kap. 14 ¶10-14, kaxxa f’pġi. 164-165, app. pġi. 222-223
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġożwè 9-11
Nru. 1: Ġożwè 9:1-15
Nru. 2: Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib (lr kap. 47)
Nru. 3: Id-Dinja l-Ġdida t’Alla Mimlija Paċi—Int Tistaʼ Tgħix Fiha (lr kap. 48)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi.
15 min: Ipprepara Biex Toffri It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! Ippreżenta turija li fiha indokratur taʼ grupp juri lil pubblikatur żagħżugħ kif se jippreżenta r-rivisti u jispjega għala għażel dan il-mod u liema mistoqsija u skritturi se juża. Il-pubblikatur żagħżugħ jispjega li kellu preżentazzjoni f’moħħu imma li għandu bżonn l-għajnuna biex jirfinaha. Waqt li jużaw l-artiklu li kellu f’moħħu ż-żagħżugħ, huma jifformaw mistoqsija u jagħżlu l-iskritturi li se juża.
15 min: “‘Agħti Ruħek’ għall-Istudenti Tiegħek.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Wara li tikkunsidra paragrafu 2, intervista pubblikatur dwar xi modi prattiċi kif jistinka biex juri interess persunali fl-istudenti tiegħu. X’kien ir-riżultat? Ukoll, intervista pubblikatur li bbenefika mill-interess persunali li jurih dak li qed jagħmillu l-istudju tal-Bibbja.