Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Diċembru: L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex. Jekk hemm it-tfal fid-dar, offri l-ktieb Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir. Jannar: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Jekk l-inkwilini diġà għandhom il-ktieb, il-pubblikaturi jistgħu joffru kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna li hu stampat fuq karta li titlef il-kulur jew kwalunkwe ktieb pubblikat qabel l-1995. Frar: Offri l-ktieb Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja. Marzu: Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? Il-pubblikaturi għandhom ikollhom f’moħħhom li jibdew studju tal-Bibbja fejn ikunu ħallew dan il-ktieb jew meta l-inkwilini diġà jkollhom kopja tiegħu fid-dar.
◼ It-Tifkira għas-sena 2011 se tkun nhar il-Ħadd, 17 t’April, wara nżul ix-xemx. Dan l-avviż bil-quddiem qiegħed jingħata sabiex l-aħwa jkunu jistgħu jibbukkjaw jew jagħmlu kuntratti għal swali disponibbli għal meta jkun hemm diversi kongregazzjonijiet li jużaw is-Sala tas-Saltna u jkunu jridu jinstabu faċilitajiet oħrajn.
◼ L-inviti għat-Tifkira għas-sena 2010 bil-lingwa primarja taʼ kull kongregazzjoni se jintbagħtu dalwaqt. Jekk hemm lingwi oħrajn mitkellma fit-territorju tagħkom u tixtiequ provvista taʼ inviti b’dawk il-lingwi, dawn għandhom jiġu ordnati mill-iktar fis possibbli fuq il-Literature Request Form (S-14-E). Lista tal-lingwi kollha li bihom se jkunu disponibbli l-inviti għat-Tifkira se tidher fl-“Avviż għall-Kongregazzjonijiet Kollha” li jsir kull xahar.