Affarijiet li Spikkaw fis-Servizz tal-Għalqa
Bi pjaċir inħabbrulkom li kellna żjieda taʼ tlieta fil-mija fil-pubblikaturi għas-sena taʼ servizz 2009. Jidher ċar li Ġeħova qed ikompli jbierek l-attività żeluża taʼ kull wieħed u waħda minna fix-xogħol tal-ippritkar f’Malta. Matul is-sena taʼ servizz, 17-il pubblikatur issimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom permezz tal-magħmudija fl-ilma.