Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Frar
ĠIMGĦA LI TIBDA 8 TAʼ FRAR
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
lv kap. 16 ¶15-22, kaxxa f’p. 194
❑ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Imħallfin 11-14
Nru. 1: Imħallfin 13:1-14
Nru. 2: X’Nistgħu Nitgħallmu Minn Kliem Ġesù Dokumentat f’Luqa 16:9-13?
Nru. 3: Veritajiet Dwar l-Eżistenza t’Alla (td 12B)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi.
10 min: Inwieġbu Mistoqsijiet Dwar il-Festi. Diskussjoni mal-udjenza bbażata fuq il-ktieb Reasoning, taħt iż-żewġ sottitli li jibdew f’paġni 178 u 179. Liema festi x’aktarx li se jiġu ċelebrati min-nies fit-territorju tiegħek? Meta u fejn x’aktarx li tkun tistaʼ tagħti xhieda dwar festa partikulari? Inkludi turija dwar kif ġenitur iħejji lit-tifel jew lit-tifla tiegħu biex twieġeb il-mistoqsija, Għala ma tiċċelebrax l-Għid?
20 min: “Inviti għat-Tifkira li Għandhom Jitqassmu Madwar id-Dinja!” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Qabel ma tiddiskuti paragrafu 2, agħti lil kulħadd kopja persunali tal-invit, u iġbed l-attenzjoni lejn id-diversi aspetti tal-invit. Wara li tikkunsidra paragrafu 2, qabbad pubblikatur biex jagħmel turija taʼ kif se jintuża l-invit. Intervista lill-indokratur tas-servizz jew anzjan ieħor sabiex ikun jistaʼ jispjega dettalji oħrajn dwar l-arranġamenti għas-servizz tal-għalqa għall-kampanja tat-Tifkira li ġejja.