LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/10 p. 1
  • Hija Għajnek Sempliċi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija Għajnek Sempliċi?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Żomm Għajnejk Sempliċi
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Li ngħixu ħajja sempliċi jgħinna nfaħħru lil Alla
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Reviżjoni tal-Jum t’Assemblea Speċjali
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • L-Għajnejn—Kif Għandna Nużawhom?
    Stenbaħ!—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 6/10 p. 1

Hija Għajnek Sempliċi?

1. Xi jfisser li jkollok ‘għajn sempliċi’?

1 Dak li għajnejna jiffokaw fuqu jinfluwenza l-​azzjonijiet tagħna. Kemm hu adattat il-​kliem taʼ Ġesù: “Jekk, mela, għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi”! (Mt. 6:22) Meta għajna tkun “sempliċi” f’sens spiritwali, tkun iffokata fuq skop wieħed—li nagħmlu r-​rieda t’Alla. Aħna npoġġu s-​Saltna l-​ewwel u ma naljenawx ruħna b’affarijiet materjali jew b’attivitajiet mhux bżonjużi li jfixklu l-​ministeru.

2. X’jistaʼ jċajpar il-​ħarsa tagħna, imma x’se jgħinna?

2 Il-​Bżonn li Neżaminaw Lilna Nfusna: Il-​ħarsa tagħna lejn dak li għandna bżonn tistaʼ tiġi mċajpra minn dak li l-​irreklamar tal-​mezzi tax-​xandir jgħidilna li għandna bżonn jew minn dak li għandu ħaddieħor. Qabel ma nidħlu għal biċċa xogħol jew nixtru xi ħaġa li se tirrikjedi ammont mhux ħażin taʼ ħin, flus, jew enerġija, ikun tajjeb li ‘nikkalkulaw l-​ispejjeż’ billi nistaqsu lilna nfusna, ‘Din se ttejjeb is-​servizz tiegħi lil Ġeħova jew se tkun taʼ xkiel?ʼ (Lq. 14:28; Flp. 1:9-​11) Huwa għaqli wkoll li kultant żmien nikkunsidraw kif nistgħu nissimplifikaw iktar ħajjitna sabiex nagħmlu iktar fil-​ministeru.—2 Kor. 13:5; Efes. 5:10.

3. X’nitgħallmu minn oħt li għamlet aġġustamenti biex tissimplifika ħajjitha?

3 Meta oħt bdiet taqdi bħala pijuniera regulari, għażlet li żżomm ix-​xogħol full-​time tagħha għalkemm xogħol part-​time kieku kien jipprovdi biżżejjed biex tieħu ħsieb il-​bżonnijiet tagħha. Maż-​żmien ikkonkludiet: “Ħadd ma jistaʼ jaqdi żewġ sidien. Kelli nissagrifika dak li ridt biex nieħu ħsieb dak li kelli bżonn. Irrealizzajt li l-​affarijiet materjali sempliċement jiqdiemu u kieku kont se ninfena jien u nipprova nakkwistahom.” Iċ-​ċirkustanzi tagħha ħallewha tagħmel xi aġġustamenti biex tissimplifika ħajjitha u tibdel l-​impjieg, u b’hekk setgħet tkompli fix-​xogħol taʼ pijunier.

4. Għala huwa urġenti li nżommu għajn sempliċi issa?

4 L-​urġenza taż-​żminijiet li qed ngħixu fihom tagħmilha saħansitra iktar importanti li nżommu għajn sempliċi. Kull ġurnata li tgħaddi tressaqna ġurnata eqreb lejn it-​tmiem taʼ din is-​sistema u l-​bidu tad-​dinja l-​ġdida t’Alla. (1 Kor. 7:29, 31) Jekk niffokaw fuq ix-​xogħol tal-​ippritkar, nistgħu nsalvaw kemm lilna nfusna u kemm lil dawk li jisimgħuna.—1 Tim. 4:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja