Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Ġunju
ĠIMGĦA LI TIBDA 28 TAʼ ĠUNJU
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cf kap. 6 ¶19-25, kaxxa f’p. 65
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 3-6
Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi.
15 min: Ipprepara Biex Toffri r-Rivisti Matul Lulju. Diskussjoni mal-udjenza. Ħu minuta jew tnejn biex tirrivedi x’fihom ir-rivisti. Imbagħad agħżel żewġ artikli jew tlieta, u stieden lill-udjenza biex tissuġġerixxi mistoqsijiet u skritturi li jistgħu jintużaw fi preżentazzjoni. Uri kif kull ħarġa tistaʼ tiġi offruta. Ikkonkludi b’turija oħra li fiha jintwera kif jistaʼ jinbeda studju tal-Bibbja fiż-żjara lura.—Ara km 8/07 p. 3.
15 min: Imħarreġ miċ-Ċokon. Diskussjoni mal-udjenza. Timotju kien magħruf bħala evanġelizzatur żeluż u tas-sengħa. (Flp. 2:20-22) Dan kien, xi ftit jew wisq, minħabba l-pedament spiritwali li poġġewlu ommu u nanntu minn mindu kien tarbija. (2 Tim. 1:5; 3:15) Is-suġġerimenti Skritturali li ġejjin se jgħinu lill-ġenituri jħarrġu lil uliedhom sabiex isiru evanġelizzaturi tajbin. (1) Ħu lil uliedek fil-ministeru minn kmieni kemm jistaʼ jkun; ħarriġhom biex jipparteċipaw skont l-età u l-abbiltà tagħhom. (Prov. 22:6) (2) Kun t’eżempju tajjeb f’li tagħti prijorità lill-ministeru. (Flp. 1:9, 10) (3) Daħħlilhom f’qalbhom l-imħabba u l-apprezzament għax-xogħol tal-ippritkar matul il-Qima tal-Familja u f’okkażjonijiet oħra. (Dt. 6:6, 7) (4) Kun pożittiv dwar il-ministeru fl-attitudni tiegħek u fi kliemek. (Flp. 3:8; 4:8; 1 Tim. 1:12) (5) Ħudu sehem b’mod regulari bħala familja billi tiħduha drawwa li toħorġu fil-ministeru. (Atti 5:41, 42) (6) Assoċja maʼ dawk li huma ministri żelużi. (Prov. 13:20) Stieden lill-udjenza jikkummentaw fuq affarijiet speċifiċi li għamlu l-ġenituri tagħhom biex jgħinuhom ikollhom ministeru pjaċevoli u effettiv.