LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/10 p. 1
  • Provvediment għall-Ministri Kristjani

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Provvediment għall-Ministri Kristjani
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Assemblea tas-Circuit Biex Tgħinna Nħarsu l-Ispiritwalità Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Ħares lil Moħħok
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 8/10 p. 1

Provvediment għall-​Ministri Kristjani

1 Fl-​1938, l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova bdiet arranġament ġdid. Gruppi taʼ kongregazzjonijiet ġew mistidnin jattendu assembleat taż-​żona, li issa jissejħu assembleat tas-​circuit. Għal liema għan? Il-​ħarġa tal-​Informant (issa Il-​Ministeru tas-​Saltna) taʼ Jannar 1939 twieġeb: “Dawn l-​assembleat huma parti mill-​Organizzazzjoni Teokratika taʼ Ġeħova li turina kif għandna nġibu ruħna fis-​servizz tas-​Saltna tiegħu. L-​istruzzjoni li nirċievu fihom hija essenzjali biex kull wieħed minna jagħmel ix-​xogħol inkarigat lilu sew.” Meta nqisu ż-​żieda fil-​proklamaturi tas-​Saltna, minn 58,000 biss fl-​1938 għal iktar minn 7,000,000 fl-​2009, huwa ovvju li l-​assembleat tas-​circuit qed iwettqu l-​għan tagħhom biex jgħinu lill-​ministri ‘jagħmlu x-​xogħol inkarigat lilhom’!

2 It-​Tema għas-​Sena li Ġejja: Aħna nħarsu ’l quddiem għall-​programm tal-​assemblea tas-​circuit li jibda f’Settembru u għall-​inkuraġġiment li se jagħti. It-​tema “M’Intomx Parti mid-​Dinja” hi meħuda minn Ġwanni 15:19. X’inhuma xi ftit mit-​taħditiet li żgur se jkunu taʼ ġid għall-​ministri Kristjani? Is-​Sibt se nisimgħu t-​taħdita, “Is-​Servizz Full-​Time Jipproteġina—Kif?” Ukoll se ngawdu serje taʼ tliet taħditiet “Titniġġsux . . . ” “Mill-​Bhima Salvaġġa,” “Mill-​Prostituta l-​Kbira,” u “Mill-​Merkanti li Jivvjaġġaw.” Il-​Ħadd se nisimgħu serje taʼ taħditiet bit-​tema “Ħobbu lil Ġeħova, Mhux lid-​Dinja.” Taħditiet oħrajn jinkludu “Komplu Bħala ‘Barranin u Residenti Temporanji’” u “Agħmlu Kuraġġ! Tistgħu Tirbħu lid-​Dinja.”

3 Wara li attendiet assemblea tas-​circuit reċenti, waħda oħt li kienet naqqset mill-​ministeru tagħha kitbet li l-​programm qanqalha terġaʼ teżamina ċ-​ċirkustanzi tagħha u biex tkun determinata li ‘toħroġ fis-​servizz u tieqaf iġġib l-​iskużi!’ Bla ebda dubju, il-​programm tal-​assemblea tas-​circuit għas-​sena tas-​servizz il-​ġdida se jgħinna lkoll biex inħobbu lil Ġeħova u mhux lid-​dinja. (1 Ġw. 2:15-​17) Kun ċert li tattendi u toqgħod attent sabiex tibbenefika bis-​sħiħ minn dan il-​provvediment kollu mħabba għall-​ministri Kristjani!

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

1. Liema arranġament ġdid beda fl-​1938, u għal liema għan?

2. Liema informazzjoni se tingħata fl-​assemblea tas-​circuit għas-​sena tas-​servizz il-​ġdida?

3. Liema ġid joħroġ milli nattendu għall-​assemblea tas-​circuit?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja