Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fit-30 t’Awwissu, 2010. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni tʼ20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tal-5 taʼ Ġunju sat-30 t’Awwissu, 2010.
1. Kif se nkabbru l-apprezzament tagħna għall-personalità taʼ Ġeħova jekk nimmeditaw fuq it-talba li għamel Salamun fl-inawgurazzjoni? (1 Slat. 8:22-53) [w05 7/1 p. 30 para. 3; it-2-E p. 989 para. 4]
2. Għala nistgħu ngħidu li minkejja l-ħafna żbalji li għamel, David mexa quddiem Ġeħova “bl-integrità tal-qalb”? (1 Slat. 9:4) [w97-E 5/1 p. 5 para. 1-2]
3. Is-sultana taʼ Xeba għala qalet dwar Salamun: “Henjin huma dawn il-qaddejja tiegħek li qegħdin weqfin quddiemek il-ħin kollu, jisimgħu l-għerf tiegħek!”? (1 Slat. 10:4-8) [w99 11/1 p. 20 para. 5-7]
4. X’nistgħu nikkonkludu mill-fatt li Ġeħova kkmanda li Abija jingħata difna xierqa? (1 Slat. 14:13) [cl p. 244 para. 11]
5. X’kien sinifikanti dwar iż-żmien meta Elija mar iżur lil Aħab għall-ewwel darba? (1 Slat. 17:1) [w08-E 4/1 p. 19, kaxxa]
6. X’ried ifisser Elija bl-espressjoni “zzappu fuq żewġ opinjonijiet differenti”? (1 Slat. 18:21) [w08 1/1 p. 19 para. 3-4]
7. Kif intwera fil-każ t’Elija, Ġeħova għal liema skop juża l-qawwa tiegħu b’konnessjoni mal-qaddejja tiegħu? (1 Slat. 19:1-12) [cl pp. 42-43 para. 15-16]
8. Nabot għala rrifjuta li jbigħ l-għalqa tad-dwieli tiegħu lil Aħab, u liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu minn din il-ġrajja? (1 Slat. 21:3) [w97 8/1 p. 25 para. 18-20]
9. Il-mara Sunamija b’liema mod ‘tħabtet’ għal Eliżew? (2 Slat. 4:13) [w97-E 10/1 p. 30 para. 6-8]
10. Eliżew għala m’aċċettax ir-rigal taʼ Nagħman? (2 Slat. 5:15, 16) [w05 8/1 p. 9 para. 2]