LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/10 p. 7
  • Tistaʼ Taqdi lil Ġeħova Bħala Pijunier?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Taqdi lil Ġeħova Bħala Pijunier?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Is-Servizz taʼ Pijunier—Jgħodd Għalik?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Hemm Bżonn Taʼ Iktar Aħwa Rġiel Fis-Servizz Taʼ Pijunier
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Il-Barkiet tal-Ministeru Bħala Pijunier
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 8/10 p. 7

Tistaʼ Taqdi lil Ġeħova Bħala Pijunier?

1 Matul taħdita f’waħda mill-​Konvenzjonijiet Distrettwali, kelliemi staqsa: “Tistaʼ taqdi bħala pijunier? Se taqdi bħala pijunier?” Hu qal li dawn il-​mistoqsijiet huma sinifikanti għax Armageddon hi fil-​qrib ħafna, u dan jagħmel ix-​xogħol tal-​ippritkar iktar urġenti minn qatt qabel.—1 Kor. 7:29a.

2 M’hemm ebda dubju li x-​xogħol taʼ pijunier hu xogħol iebes. Jeħtieġ dixxiplina fuqek innifsek u organizzar tajjeb. Madankollu, xogħolna fil-​ministeru “m’huwiex għalxejn.” (1 Kor. 15:58) Jistaʼ jingħad l-​istess ħaġa dwar attivitajiet oħrajn li nistgħu nagħżlu li nsusu warajhom u li jiħdulna mill-​ħin u l-​enerġija? L-​imħabba għal Ġeħova tqanqal lill-​Kristjani biex ikunu żelużi fis-​servizz tiegħu, u ż-​żelu għas-​servizz taʼ Ġeħova wassal lil ħafna biex jibdew jaqdu bħala pijunieri.—1 Ġw. 5:3; Riv. 4:11.

3 Ħafna qaddejja żgħażagħ taʼ Ġeħova li qed jispiċċaw l-​iskola qed jaħsbu bis-​serjetà dwar li jibdew jaqdu bħala pijunieri. Dan hu xieraq għall-​aħħar. Liema karriera oħra tistaʼ tkun iktar importanti mill-​ministeru full-​time? (Mt. 6:33) Din l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla trid tiġi pritkata; dan hu x-​xogħol taʼ Ġeħova, u xi privileġġ hu li tkun medhi fih minn żgħożitek!—Mt. 24:14.

4 Ġenituri, tħeġġuhom lil uliedkom biex jidħlu fis-​servizz full-​time? Uliedkom jifhmu b’mod ċar li triduhom jużaw lil qalbhom, ruħhom, moħħhom, u saħħithom kollha f’dan ix-​xogħol siewi? (Mk. 12:30) Madwar id-​dinja, ħafna pubblikaturi żgħażagħ jippreparaw lilhom infushom għax-​xogħol taʼ pijunier regulari billi jaqdu bħala pijunieri awżiljarji f’kull opportunità li jkollhom matul is-​snin tal-​iskola. Żgur li devozzjoni lejn Ġeħova bħal din tferraħlu qalbu!—Prov. 27:11.

5 M’għandniex xi ngħidu, mhux kulħadd għandu ċ-​ċirkustanzi li jippermettulu jaqdi bħala pijunier. Madankollu, kemm jekk int miżżewweġ jew le, żgħir fl-​età jew imdaħħal fiż-​żmien, ikkunsidrajt bis-​serjetà u bit-​talb is-​servizz lil Ġeħova bħala pijunier tal-​aħbar tajba? (Kol. 3:23) Ħafna koppji żgħar miżżewġin madwar id-​dinja qed jaħdmu biex ikabbru l-​ministeru tagħhom ħalli t-​tnejn li huma jkunu jistgħu jaqdu bħala pijunieri. Jekk int kap taʼ familja tistaʼ tagħmel xi aġġustamenti biex tissimplifika ħajtek ħalli membru wieħed mill-​familja tiegħek, forsi martek, jistaʼ jaqdi bħala pijunier regulari?

6 Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier regulari bħalissa, tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju? X’aktarx li ħafna pubblikaturi fil-​kongregazzjoni tiegħek bi ħsiebhom jagħmlu dan matul Ottubru, xahar li fih ħames Sibtijiet u Ħdud. Tistaʼ tagħmel bħalhom? Għalkemm il-​qaddejja leali kollha taʼ Ġeħova jirċievu ħafna barkiet, hemm iktar barkiet jistennew lil dawk li qegħdin f’ċirkustanzi li jqattgħu iktar ħin fis-​servizz tas-​Saltna jfittxu l-​uħud bħal nagħaġ.—Atti 20:35.

[Mistoqsijiet taʼ Studju]

1. Ix-​xogħol tal-​ippritkar għala hu iktar urġenti minn qatt qabel?

2. Ix-​xogħol taʼ pijunier għala hu tant siewi?

3. Qaddejja żgħażagħ għala għandhom jaħsbu bis-​serjetà dwar li jibdew jaqdu bħala pijunieri?

4. Il-​ġenituri kif jistgħu jħeġġu lil uliedhom biex jidħlu fis-​servizz full-​time?

5. X’jistgħu jagħmlu l-​koppji u l-​familji biex membru wieħed tal-​familja, jew iktar, ikun jistaʼ jaqdi bħala pijunier regulari?

6. Jekk ma tistax taqdi bħala pijunier regulari bħalissa, kif tistaʼ tkabbar is-​servizz tiegħek fix-​xhur li ġejjin?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja