LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/10 p. 1
  • “Tibżax”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Tibżax”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • ‘Xandar il-Kelma t’Alla bil-Qlubija’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • L-Imħabba Kif Tgħinna Negħlbu l-Biżaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġeħova Se Jagħtik is-​Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Imita lil Ġesù—Ippriedka bil-Qlubija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 10/10 p. 1

“Tibżax”

1. Liema sfidi, li huma simili għal dawk taʼ Ġeremija, forsi niffaċċjaw personalment?

1 Meta Ġeremija ġie inkarigat bħala profeta, hu ma ħassux kapaċi. Imma Ġeħova aċċertah, “tibżax,” u b’qalb tajba tah is-​saħħa biex ikun jistaʼ jwettaq l-​inkarigu tiegħu. (Ġer. 1:6-​10) Fi żmienna, il-​mistħija jew in-​nuqqas taʼ kunfidenza jistaʼ jeffettwa s-​sehem tagħna fil-​ministeru. Il-​biżaʼ taʼ kif se jwieġbu n-​nies jew kif se jħarsu lejna jistaʼ xi kultant iġegħelna nżommu lura. Kif nistgħu negħlbu biżaʼ bħal dan, u liema barkiet persunali se jirriżultaw jekk nagħmlu hekk?

2. Il-​preparazzjoni kif tistaʼ tgħinna negħlbu l-​biżaʼ fejn jidħol il-​ministeru?

2 Ipprepara Minn Qabel: Ammont xieraq taʼ preparazzjoni jistaʼ jgħin ħafna biex negħlbu l-​biżaʼ tagħna. Pereżempju, jekk nirrivedu minn qabel x’jistgħu jgħidu xi nies biex iwaqqfu l-​konversazzjoni, se nkunu preparati ħalli nwieġbu oġġezzjonijiet komuni. (Prov. 15:28) Għala ma tużax sessjonijiet taʼ prattika matul il-​Qima tal-​Familja biex tipprepara għal diversi sfidi li jistaʼ jkollok fl-​iskola jew fil-​ministeru?—1 Pt. 3:15.

3. Il-​fiduċja f’Ġeħova kif tgħinna negħlbu l-​biżaʼ?

3 Afda f’Ġeħova: Jekk nafdaw f’Ġeħova se nkunu nistgħu negħlbu l-​biżaʼ tagħna. Ġeħova tana garanzija li se jgħinna. (Is. 41:10-​13) Liema sigurtà aħjar jistaʼ jkollna? Iktar minn hekk, Ġesù żgurana li anki meta jinqalgħu sitwazzjonijiet bla mistenni, l-​ispirtu qaddis t’Alla se jgħinna nagħtu xhieda mill-​aħjar. (Mk. 13:11) Għalhekk, itlob bil-​ħeġġa lil Ġeħova b’mod regulari għall-​ispirtu qaddis tiegħu.—Lq. 11:13.

4. Liema barkiet jiġu meta nibqgħu nħabirku fil-​ministeru minkejja l-​isfidi?

4 Barkiet: Hekk kif nibqgħu nħabirku fil-​ministeru minkejja l-​isfidi, niġu msaħħin biex nirnexxu meta niffaċċjaw provi li għad iridu jiġu. Niżviluppaw il-​kuraġġ u l-​qlubija—karatteristiki taʼ wħud mimlijin bl-​ispirtu qaddis. (Atti 4:31) Barra minn dan, hekk kif negħlbu l-​biżaʼ persunali bl-​għajnuna taʼ Ġeħova, insaħħu l-​fidi u l-​fiduċja tagħna fid-​driegħ taʼ salvazzjoni tiegħu. (Is. 33:2) Ukoll, nesperjenzaw l-​hena u s-​sodisfazzjon li jiġu meta nkunu nafu li qed nogħġbu lil Missierna tas-​sema. (1 Pt. 4:13, 14) Għalhekk, ejja ma nibżgħux niddikjaraw il-​messaġġ tas-​Saltna bil-​qlubija, u dejjem inkunu fiduċjużi li Ġeħova se jappoġġana!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja