Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Settembru
ĠIMGĦA LI TIBDA 26 TAʼ SETTEMBRU
Għanja 101 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
bt kap. 10 ¶1-9, kaxxa f’p. 79 (25 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Salmi 142-150 (10 min.)
Nru. 1: Salm 144:1–145:4 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Huma x-Xhieda taʼ Ġeħova Reliġjon Ġdida?—td 42A (5 min.)
Nru. 3: Għala Għandna Nevitaw li ‘Nħarsu Lejn l-Uċuħ’?—Ġak. 2:1-4 (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Avviżi. Iddiskuti “Mod Kif Tuża l-Browxer Il-Messaġġ tal-Bibbja.” Uża l-eżempju taʼ preżentazzjoni f’paġna 4, u uri kif studju jistaʼ jinbeda is-Sibt, 1 t’Ottubru. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikollu sehem.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Diskussjoni. Inkludi kummenti mill-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu 2005, paġna 4.
15 min: Ipprepara Biex Toffri r-Rivisti Matul Ottubru. Diskussjoni. Ħu minuta jew tnejn biex tirrivedi xi artikli mir-rivisti bil-Malti li għandhom mnejn jinteressaw lin-nies fit-territorju tiegħek. Imbagħad, ikkunsidra tnejn jew tliet artikli u għid kif kull wieħed minnhom jistaʼ jiġi preżentat. Agħmel dan billi tistieden lill-udjenza biex tissuġġerixxi mistoqsijiet li jqanqlu l-interess u mbagħad staqsi għal suġġerimenti dwar skrittura li għandha tinqara. Ladarba Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru hija ħarġa speċjali, itlob kummenti dwar min fit-territorju x’aktarx jieħu pjaċir b’din il-ħarġa u dwar kif nistgħu nqassmu ħafna minnha. Ħejji turijiet li juru kif tistaʼ tiġi offruta kull ħarġa.
Għanja 41 u Talba