LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/12 p. 2
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Iż-Żejjed Tagħhom Għamel Tajjeb għan-Nieqes
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 6/12 p. 2

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’għandna nżommu f’moħħna jekk irridu nħallu l-​assi kollha tagħna jew parti minnhom lill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova wara mewtna?

Meta n-​nies imutu, ma jibqax ikollhom kontroll fuq l-​affarijiet materjali tagħhom. (Ekk. 9:5, 6) Għalhekk, ħafna nies jagħmlu testment jew dokument legali bil-​quddiem li jispjega x-​xewqat tagħhom dwar kif għandhom jitqassmu l-​assi tagħhom. (2 Slat. 20:1) Dan id-​dokument legali ġeneralment jindika wkoll min ikun se jaqdi bħala esekutur. F’ħafna pajjiżi, jekk ma jsirx dan id-​dokument, jiddeċiedu l-​awtoritajiet kif jitqassmu l-​assi taʼ dak li jkun miet. Għalhekk, jekk għandna xi xewqat partikulari dwar x’għandu jsir mill-​assi tagħna, bħal pereżempju li kollha jew parti minnhom jitħallew lill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, huwa importanti li nagħmlu dokument legali li fih ikun hemm dan imniżżel bil-​miktub. Hu importanti wkoll li nagħżlu bil-​ħsieb lill-​esekutur. F’Malta, l-​International Bible Students Association (Malta) hija l-​assoċjazzjoni legali inkarigata biex tieħu ħsieb l-​assi materjali tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova lokalment.

L-​esekutur għandu responsabbiltà kbira. Skont kemm hu kbir l-​ammont taʼ flus jew proprjetà li tkun tħalliet, jistaʼ jinvolvi ħafna dettalji u jieħu ħafna ħin biex hu jiġbor u mbagħad iqassam l-​assi. Iktar minn hekk, l-​awtoritajiet sekulari spiss ikollhom linji gwida li jeħtieġ jiġu segwiti. Mhux kull min hu membru tal-​kongregazzjoni awtomatikament ikun esekutur tajjeb. L-​individwu li nagħżlu għandu jkun xi ħadd li nafu li hu kapaċi, taʼ min jafdah, u lest li jirrispetta x-​xewqat tagħna.

Jekk Tiġi Mitlub Tkun Esekutur: Jekk xi ħadd jistaqsik intix lest tieħu ħsieb din ir-​responsabbiltà legali wara li jmut, l-​ewwel kun ċert li tgħodd in-​nefqa u tikkunsidra bit-​talb jekk tistax terfaʼ din ir-​responsabbiltà. (Lq. 14:28-​32) Wara l-​mewt tal-​individwu, ikun jeħtieġ li tinforma lil dawk kollha mniżżlin bħala benefiċjarji. Imbagħad malli jkollok l-​awtorità li tagħmel dan, ikun id-​dmir tiegħek li tqassam l-​assi skont il-​liġi u kif jidhru eżattament fit-​testment. Kemm jekk l-​ammont taʼ flus jew proprjetà jkun kbir u kemm jekk żgħir, l-​esekutur ma jistax jinjora dak li jkun hemm miktub fit-​testment. Kwalunkwe għotja lil entità legali użata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova hija tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova.​—Lq. 16:10; 21:1-​4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja