Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 25 taʼ Ġunju
ĠIMGĦA LI TIBDA 25 TAʼ ĠUNJU
Għanja 63 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
bt kap. 22 ¶15-21 (25 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Eżekjel 1-5 (10 min.)
Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku (20 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Avviżi. Uża l-preżentazzjoni f’paġna 4 biex turi kif nistgħu nużaw ir-rivisti biex nibdew studju tal-Bibbja fl-ewwel Sibt taʼ Lulju.
15 min: Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal Waqt li Tkun fil-Ministeru. (Efes. 5:15, 16) Diskussjoni bbażata fuq il-mistoqsijiet li ġejjin. (1) Kif nistgħu nużaw il-ħin bil-għaqal meta (a) nikkonduċu l-laqgħa għas-servizz tal-għalqa? (b) il-laqgħa għas-servizz tal-għalqa tkun spiċċat? (ċ) xi ħadd fil-grupp li qegħdin fih aħna jkollu konversazzjoni fit-tul maʼ persuna interessata? (d) nagħmlu żjajjar lura li huma mbegħdin minn xulxin? (2) Kif nistgħu niffrankaw il-ħin meta (a) jekk ikun possibbli, nieklu qabel ma noħorġu fil-ministeru? (b) kulħadd jasal fil-ħin għal-laqgħa għas-servizz tal-għalqa? (ċ) nagħtu l-attenzjoni sħiħa tagħna lill-ħu li jkun qed jikkonduċi waqt li jqassam il-gruppi, u ma nerġgħux nagħmlu tibdil bla bżonn f’dawn l-arranġamenti wara li tintemm il-laqgħa għas-servizz tal-għalqa? (d) kulħadd ikun jaf fejn għandu jibda jaħdem qabel ma jmur fit-territorju?
10 min: Offerta taʼ Letteratura għal Lulju. Diskussjoni. Ikkunsidra xi aspetti tal-letteratura li nkunu qed noffru u ħejji turija jew tnejn taʼ kif nistgħu nagħmlu dan.
Għanja 29 u Talba