Skeda għall-Ġimgħa li Tibda t-3 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA T-3 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 128 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 2 ¶7-13, kaxxa f’p. 20 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Naħum 1–Ħabakkuk 3 (10 min.)
Nru. 1: Ħabakkuk 2:1-14 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għala Għandna Nitkellmu l-Verità b’Konvinzjoni?—2 Tim. 1:7, 8 (5 min.)
Nru. 3: Huwa Pietru l-“Blata”?—td 19B (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Ideat Kif Noffru r-Rivisti f’Diċembru. Diskussjoni. Ħu bejn 30 sekonda u minuta biex tgħid għala r-rivisti se jkunu taʼ interess għan-nies fit-territorju tiegħek. Imbagħad, billi tuża l-artikli tal-ftuħ tat-Torri tal-Għassa, stieden lil dawk fl-udjenza biex jissuġġerixxu xi mistoqsija li tqanqal l-interess, u mbagħad stidinhom jissuġġerixxu skrittura li tistaʼ tinqara. Agħmel l-istess bl-artikli tal-ftuħ taʼ Stenbaħ! u, jekk ikun jippermetti l-ħin, semmi artiklu ieħor minn waħda mir-rivisti. Ħejji turijiet taʼ kif tistaʼ tiġi offruta kull ħarġa.
10 min: Bżonnijiet lokali.
10 min: Esperjenzi bl-Offerta tal-Fuljetti. Diskussjoni mill-indokratur tas-servizz. Stieden lil dawk fl-udjenza jirrakkontaw esperjenzi li gawdew waqt li kienu qed joffru l-fuljetti matul Novembru. Qabbad lil żewġ pubblikaturi li kellhom suċċess biex jagħmlu turija taʼ kif ippreżentaw il-fuljetti minn dar għal dar.
Għanja 96 u Talba