Skeda għall-Ġimgħa li Tibda l-24 taʼ Diċembru
ĠIMGĦA LI TIBDA L-24 TAʼ DIĊEMBRU
Għanja 5 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 3 ¶1-6 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Żakkarija 9-14 (10 min.)
Nru. 1: Żakkarija 11:1-13 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Il-Magħmudija Ma Tnaddafx id-Dnubiet—td 21B (5 min.)
Nru. 3: F’Liema Sitwazzjonijiet Nistgħu Napplikaw Proverbji 15:1? (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
30 min: Kif Nistgħu Nagħmlu Użu Tajjeb mill-Websajt Uffiċjali Tagħna. Diskussjoni taʼ paġni 3-6. Meta tkun qed tikkunsidra paġna 4, ħejji turija taʼ tliet minuti li fiha familja tkun qed tikkonkludi l-lejla tal-Qima tal-Familja tagħhom. Il-kap tal-familja jistaqsi għal ideat dwar x’jistgħu jistudjaw il-ġimgħa taʼ wara, u t-tfal isemmu xi affarijiet mis-sezzjoni “Żgħażagħ” tal-Websajt li jixtiequ jiddiskutu. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw fuq kif użaw is-sit jw.org, jew kif qed jippjanaw li jużawh, għall-istudju persunali u tal-familja. Meta tkun qed tikkunsidra paġna 5, ħejji turija taʼ tliet minuti li fiha pubblikatur jidħol fuq is-sit minn xi apparat elettroniku li għandu l-Internet biex iwieġeb il-mistoqsija tal-inkwilin dwar it-twemmin tagħna. Meta tikkunsidra paġna 6, ħejji turija t’erbaʼ minuti li fiha pubblikatur qed jitkellem maʼ individwu interessat li jippreferi jaqra b’lingwa differenti. Il-pubblikatur juża l-apparat elettroniku tiegħu stess li għandu l-Internet jew il-kompjuter tal-inkwilin biex jurih paġna mill-fuljett Taf il-Verità jew mill-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? bil-lingwa tal-inkwilin u jiddiskutiha miegħu. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif użaw is-sit jw.org fil-ministeru.
Għanja 101 u Talba