Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fl-4 taʼ Marzu
ĠIMGĦA LI TIBDA FL-4 TAʼ MARZU
Għanja 62 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 6 ¶7-12, kaxxa f’p. 73 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Marku 9-12 (10 min.)
Nru. 1: Marku 11:19–12:11 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għala l-Kristjani Veri Huma Mibgħudin—td 25A (5 min.)
Nru. 3: Għala Dedikazzjoni Persunali lil Alla Twassal għall-Hena—Atti 20:35 (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Ideat Biex Toffri r-Rivisti f’Marzu. Diskussjoni. Itlob lill-udjenza tikkummenta fuq il-mistoqsijiet li ġejjin: Matul is-Sibtijiet u l-Ħdud li fihom se noffru l-invit, x’se jiddetermina jekk toffrix ukoll ir-rivisti? Jekk tkun qed toffri l-invit, x’tistaʼ tgħid biex iddawwar is-suġġett fuq ir-rivisti? Għalkemm l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet jinkludu mistoqsija u skrittura, kif tistaʼ tqassar il-preżentazzjoni tiegħek? Ħejji żewġ turijiet dwar kif jistgħu jiġu offruti l-ħarġiet tat-Torri tal-Għassa u Stenbaħ! taʼ Marzu-April flimkien mal-invit.
10 min: Ibbenefika mill-Ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2013. Diskussjoni. Fil-qosor ikkunsidra l-iskrittura għas-sena f’paġni 3-4 u “Kif Tuża Dan il-Ktejjeb,” f’paġna 5. Imbagħad stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw meta jwarrbu l-ħin sabiex jikkunsidraw l-iskrittura u kif ibbenefikaw. Ikkonkludi billi tħeġġeġ lil kulħadd jikkunsidra l-iskrittura kuljum.
10 min: Bżonnijiet lokali.
Għanja 119 u Talba