Tiċċekkja n-Notice Board Regolarment?
L-anzjani, il-qaddejja ministerjali, u oħrajn li għandhom responsabbiltajiet fil-kongregazzjoni regolarment jiċċekkjaw in-notice board biex jaraw meta għandhom xi inkarigu. Madankollu, kulħadd fil-kongregazzjoni se jsib informazzjoni importanti hemmhekk. Taf meta jmissek tnaddaf is-Sala tas-Saltna? L-indokratur tas-circuit jew l-uffiċċju tal-fergħa bagħat xi ittra lill-kongregazzjoni? Tafu int it-titlu tat-taħdita pubblika taʼ din il-ġimgħa sabiex tkun tistaʼ tistieden lill-istudent tiegħek tal-Bibbja? Sar xi tibdil fl-iskeda tal-laqgħa jew fil-grupp tas-servizz tal-għalqa tiegħek? Ħafna minn din l-informazzjoni m’għadhiex titħabbar matul il-laqgħat, u jistaʼ ma jkunx possibbli li l-anzjani jinformaw lil kull pubblikatur individwalment. B’hekk, għandna niċċekkjaw in-notice board regolarment. Jekk inżommu ruħna informati, imbagħad l-affarijiet kollha jistgħu jsiru “bid-deċenza u bl-ordni.”—1 Kor. 14:40.