LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/13 p. 1
  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti —Ġoel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħu Bħala Mudell lill-Profeti —Ġoel
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Saħħaħna l-Fiduċja Tagħna f’Ġeħova Għax Issaportejna l-Provi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Attakk Li Ġie mit-Tramuntana!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Min Se “Joħroġ Salv”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Żomm Qrib f’Moħħok il-Jum taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 7/13 p. 1

Ħu Bħala Mudell lill-​Profeti—Ġoel

1. Kif nistgħu nimitaw l-​umiltà taʼ Ġoel hekk kif nippritkaw?

1 Min kien il-​profeta Ġoel? Kulma jgħidilna hu li kien “bin Petwel.” (Ġoel 1:1) Dan il-​profeta umli enfasizza l-​messaġġ taʼ Ġeħova u mhux l-​irwol tiegħu stess bħala messaġġier. Bl-​istess mod, fil-​ministeru tagħna, minflok ma nfittxu t-​tifħir jew l-​attenzjoni persunali, aħna nidderieġu l-​attenzjoni lejn Ġeħova u l-​Bibbja. (1 Kor. 9:16; 2 Kor. 3:5) Minbarra dan, il-​messaġġ li nxandru jsaħħaħna. Illum, liema aspetti tal-​profezija taʼ Ġoel jimlewna b’żelu u tama?

2. Il-​fatt li qegħdin tant qrib jum Ġeħova, x’għandu jqanqalna nagħmlu?

2 “Fil-​Qrib Jum Ġeħova.” (Ġoel 1:15): Għalkemm dan il-​kliem inkiteb eluf taʼ snin ilu, aħna qed ngħixu fi żmien it-​twettiq finali tiegħu. Il-​kundizzjonijiet tad-​dinja li dejjem sejrin għall-​agħar u t-​twaqqigħ għaċ-​ċajt li niffaċċjaw fit-​territorju tagħna juru b’mod ċar li waslu l-​aħħar jiem taʼ din is-​sistema mill-​agħar. (2 Tim. 3:1-​5; 2 Pt. 3:3, 4) Meta nimmeditaw fuq kemm qrobna lejn it-​tmiem, għandna kull raġun nagħtu l-​ministeru l-​prijorità f’ħajjitna.—2 Pt. 3:11, 12.

3. Il-​ministeru għala hu importanti b’mod speċjali hekk kif noqorbu lejn it-​tribulazzjoni l-​kbira?

3 “Ġeħova Jkun Kenn għall-​Poplu Tiegħu.” (Ġoel 3:16): It-​tregħid li jiġi deskritt f’dan il-​vers żgur li japplika biss għall-​esekuzzjoni tal-​ġudizzju taʼ Ġeħova matul it-​tribulazzjoni l-​kbira. Niksbu l-​faraġ mill-​fatt li nafu li Ġeħova se jeħles lill-​qaddejja leali tiegħu matul dan iż-​żmien. (Riv. 7:9, 14) Hekk kif nieħdu sehem fix-​xogħol tal-​ippritkar u nesperjenzaw kif Ġeħova jsostnina u jsaħħaħna, nibnu l-​fidi u s-​sabar li se jgħinuna matul it-​tribulazzjoni l-​kbira li ġejja.

4. Għala nistgħu nifirħu u nħarsu lejn il-​futur b’fiduċja?

4 Għalkemm il-​messaġġ taʼ Ġoel ġie deskritt bħala wieħed taʼ swied il-​qalb, dan joffri lill-​poplu t’Alla tama glorjuża taʼ ħelsien. (Ġoel 2:32) Għalhekk, ejja nħarsu lejn il-​futur b’fiduċja u nxandru b’żelu l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla hekk kif nagħtu kas il-​kliem taʼ Ġoel 2:23: “Ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja