Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fil-5 t’Awwissu
ĠIMGĦA LI TIBDA FIL-5 T’AWWISSU
Għanja 77 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 12 ¶20-25, kaxxa f’p. 151 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Rumani 1-4 (10 min.)
Nru. 1: Rumani 3:21–4:8 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għala l-Kristjani Veri Jqisu Lilhom Infushom “Barranin u Residenti Temporanji” fid-Dinja.—1 Pt. 2:11; 1 Ġw. 2:15-17 (5 min.)
Nru. 3: Alla Jagħti s-Salvazzjoni Permezz taʼ Kristu Biss—td 34A (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
10 min: Ideat Kif Noffru r-Rivisti f’Awwissu. Diskussjoni. Ħu bejn 30 sekonda u minuta biex titkellem dwar għala r-rivisti se jkunu taʼ interess fit-territorju tagħkom. Imbagħad, billi tuża s-suġġett prinċipali tat-Torri tal-Għassa taʼ Lulju-Awwissu, stieden lil dawk fl-udjenza jissuġġerixxu x’mistoqsija nistgħu nagħmlu biex inqajmu l-interess, u mbagħad itlob suġġerimenti dwar liema skrittura nistgħu naqraw. Agħmel l-istess għal Stenbaħ! taʼ Lulju-Awwissu u, jekk jippermetti l-ħin, għal artiklu ieħor minn kwalunkwe rivista. Ħejji turija taʼ kif tistaʼ tiġi offruta kull ħarġa.
10 min: Bżonnijiet lokali.
10 min: X’Nitgħallmu? Diskussjoni. Qabbad lil xi ħadd jaqra Luqa 5:27-32. Ikkunsidra kif dan ir-rakkont jistaʼ jgħinna fil-ministeru tagħna.
Għanja 119 u Talba