Ġimgħa li Tibda fit-23 taʼ Settembru
ĠIMGĦA LI TIBDA FIT-23 TAʼ SETTEMBRU
Għanja 109 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
jr kap. 14 ¶14-19 (30 min.)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal- Bibbja: 2 Korintin 8-13 (10 min.)
Nru. 1: 2 Korintin 10:1-18 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Għala Għandna Naħarbu l-Ispiritiżmu f’Kull Forma Tiegħu—td 36Ċ (5 min.)
Nru. 3: Kif Għandna Nifhmu l-1 Korintin 10:13? (5 min.)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: “Nieħu l-Letteratura Tiegħek Jekk Int Tieħu Tiegħi.” Diskussjoni. Stieden lil dawk fl-udjenza jikkummentaw dwar kif wieġbu b’suċċess din il-proposta. Inkludi turija qasira.
10 min: Kif Morna s-Sena l-Oħra? Taħdita mill-indokratur tas-servizz. Irrivedi l-attività tal-kongregazzjoni matul is-sena taʼ servizz li għaddiet. Iffoka fuq l-affarijiet tajbin li twettqu, u agħti tifħir xieraq. Semmi aspett jew tnejn mill-ministeru li l-kongregazzjoni tistaʼ taħdem fuqhom fis-sena li ġejja, u offri xi suġġerimenti prattiċi.
15 min: X’Nitgħallmu? Diskussjoni. Qabbad lil xi ħadd jaqra Atti 16:19-40. Ikkunsidra kif dan ir-rakkont jistaʼ jgħinna fil-ministeru tagħna.
Għanja 44 u Talba