Affarijiet li spikkaw fis-servizz tal-għalqa
Kellna l-pjaċir naraw li f’Settembru kien hemm quċċata ġdida fl-għadd taʼ pubblikaturi f’Malta—total taʼ 621. Dan juri li qed jiżdied l-għadd taʼ persuni li qed igawdu l-privileġġ li jkunu ħaddiema sħab m’Alla. (1 Kor. 3:9) U dan “il-frott tax-xofftejn” jogħġob lil Ġeħova.—Ebr. 13:15, 16.