Skeda għall-ġimgħa li tibda fl-10 taʼ Marzu
ĠIMGĦA LI TIBDA FL-10 TAʼ MARZU
Għanja 1 u Talba
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cl kap. 4 ¶1-9 (30 min.)
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġenesi 40-42 (10 min.)
Nru. 1: Ġenesi 41:1-16 (4 min. jew inqas)
Nru. 2: Kif nistgħu nkunu ċerti li l-Bibbja ġejja mingħand Alla?—fg lezzjoni 3, mistoqsija 2 (5 min.)
Nru. 3: Ġeħova fejn għamlu l-patt m’Abraham, f’Ur jew f’Ħaran?—w01 11/1 p. 31 (5 min.)
Laqgħa tas-Servizz:
15 min: Qima tal-familja li tirrifreskana. Intervista lil familja dwar il-qima tal-familja tagħhom. Il-programm tagħhom minn xiex jikkonsisti? Kif jiddeċiedu fuqiex se jitkellmu? Liema għodod li huma disponibbli f’jw.org/mt użaw? Il-programm tagħhom kif għenhom fil-ministeru? X’jagħmlu biex attivitajiet oħra ma jtellfuhomx? Kif ibbenefikaw mill-programm tagħhom taʼ qima tal-familja?
15 min: “Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Kif nistgħu nwieġbu għal risposti intenzjonati li jwaqqfu l-konversazzjoni.” Diskussjoni. Semmi żewġ risposti jew tlieta intenzjonati li jwaqqfu l-konversazzjoni u li l-pubblikaturi għandhom mnejn jisimgħu, u stieden lill-udjenza tikkummenta fuq kif nistgħu nwieġbu. Fakkar lill-pubblikaturi li se jkollhom opportunità jirrakkontaw l-esperjenzi tagħhom f’dan ir-rigward matul il-ġimgħa li tibda fis-7 t’April.
Għanja 97 u Talba