LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/14 p. 2
  • Kif nidher f’għajnejn Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nidher f’għajnejn Ġeħova?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Uża l-Mera Sew
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Żomm “l-Imħabba li Kellek fil-Bidu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Sebaʼ Passi Biex Tibbenefika mill-Qari tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Kif tibqaʼ tagħmel sagrifiċċju persunali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 7/14 p. 2

Kif nidher f’għajnejn Ġeħova?

1. Il-​Bibbja kif inhi bħal mera?

1 Kemm spiss tħares fil-​mera? Il-​biċċa l-​kbira minna nagħmlu dan kuljum għax b’hekk inkunu nistgħu naraw affarijiet fid-​dehra fiżika tagħna li jkollhom bżonn l-​attenzjoni. Il-​Bibbja ġiet imxebbha maʼ mera. Meta naqraw il-​Kelma t’Alla aħna niġu megħjunin biex naraw il-​persuna ġewwinija tagħna, il-​persuna li jara Ġeħova. (1 Sam. 16:7; Ġak. 1:22-​24) Il-​Kelma t’Alla tistaʼ “tagħraf il-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.” (Ebr. 4:12) Il-​qari u l-​meditazzjoni fuq il-​Bibbja kuljum kif se jgħinuna naraw liema aspetti rridu nsaħħu ħalli nkunu evanġelizzaturi iktar effettivi?—Salm 1:1-3.

2. Il-​Bibbja kif tistaʼ tgħinna neżaminaw lilna nfusna?

2 Uża l-​Bibbja bħala mera: Rakkonti Bibliċi taʼ qaddejja leali taʼ Ġeħova jgħallmuna liema kwalitajiet jgħożż. Pereżempju, David wera żelu għal isem Alla. (1 Sam. 17:45, 46) Isaija b’kuraġġ offra li jmur jipprietka f’territorju diffiċli. (Is. 6:8, 9) L-​imħabba profonda li Ġesù għandu għal Missieru tas-​sema qanqlitu jħares lejn il-​ministeru bħala sors taʼ serħan u sodisfazzjon minflok bħala tagħbija mhix pjaċevoli. (Ġw. 4:34) Il-​Kristjani tal-​ewwel seklu ppritkaw biż-​żelu, straħu fuq Ġeħova, u kienu determinati li ma jaqtgħux qalbhom. (Atti 5:41, 42; 2 Kor. 4:1; 2 Tim. 4:17) Meditazzjoni fuq dawn l-​eżempji tgħinna nħarsu lejna nfusna bil-​mira li ntejbu l-​kwalità tas-​servizz sagru tagħna.

3. Għala m’għandniex niħduha bil-​lajma biex nagħmlu aġġustamenti meħtiġin?

3 Ħu azzjoni biex tirranġa d-​difetti: M’għandniex xi ngħidu, ma jagħmlilna l-​ebda ġid jekk inħarsu f’mera u mbagħad ninjoraw xi difett. Nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna naraw lilna nfusna b’mod imparzjali u mbagħad biex jgħinna nagħmlu aġġustamenti meħtiġin. (Salm 139:23, 24; Lq. 11:13) Peress li ż-​żmien li fadal tqassar u hemm il-​ħajja tagħna u dik t’oħrajn fin-​nofs, m’għandniex noqogħdu niħduha bil-​lajma biex nagħmlu bidliet neċessarji.—1 Kor. 7:29; 1 Tim. 4:16.

4. X’jiġri lill-​bniedem li jħares fiss lejn il-​Kelma t’Alla u jaġixxi fi qbil maʼ dak li jara?

4 Ġeħova jinnota l-​persuna ġewwinija taʼ dak li jkun, li hi ħafna iktar importanti mid-​dehra taʼ barra. (1 Pt. 3:3, 4) X’jiġri lill-​bniedem li jħares fiss lejn il-​Kelma t’Alla u mbagħad jaġixxi fi qbil maʼ dak li jara? Hu “ma jkunx wieħed li jismaʼ u jinsa imma wieħed li jobdi l-​kelma, ikun hieni li qed jagħmilha.” (Ġak. 1:25) Iva, aħna se nkunu ministri ferħanin u effettivi għax “nirriflettu bħall-​mirja l-​glorja taʼ Ġeħova.”—2 Kor. 3:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja